+Artikolu 6d Monitoraġġ u infurzar
---+Artikolu 6d 1.
---+Artikolu 6d 2.
---+Artikolu 6d 3.
---+Artikolu 6d 4.
---+Artikolu 6d 5.
---+Artikolu 6d 6.
---+Artikolu 6d 7.
|
Artikolu 6d Monitoraġġ u infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6d 1.
|
L-operaturi tas-sistema tal-ħżin għandhom jirrapportaw il-livell tal-mili, kif stabbilit skont l-Artikolu 6a, lill-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru fejn ikunu jinsabu l-faċilitajiet ikkonċernati ta’ ħżin ta’ gass taħt l-art u, jekk applikabbli, lil entità nominata minn dak l-Istat Membru (l-“entità nominata”).
|
|
Artikolu 6d 2.
|
L-awtorità kompetenti u, jekk applikabbli, l-entità nominata ta’ kull Stat Membru għandhom jimmonitorjaw il-livelli tal-mili tal-faċilitajiet ta’ħżin ta’ gass taħt l-art fit-territorju tagħhom fl-aħħar ta’ kull xahar u jirrapportaw ir-riżultati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-parti tal-gass li toriġina mir-Russja u li tkun qed tinħażen f’dak l-Istat Membru fil-qafas tal-kapaċità ta’ ħidma tal-faċilitajiet tal-ħżin, meta tali informazzjoni tkun disponibbli. Il-Kummissjoni tista’, meta xieraq, tistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tipprovdi assistenza għal tali monitoraġġ.
|
|
Artikolu 6d 3.
|
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti u, jekk applikabbli, l-entità nominata ta’ kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-GCG.
|
|
Artikolu 6d 4.
|
Il-GCG għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tat-trajettorji għall-mili u fil-miri tal-mili, u għandu jiżviluppa gwida għall-Kummissjoni dwar miżuri adegwati biex jiġi żgurat allinjament aħjar f’każ li l-Istati Membri jiddevjaw mit-trajettorji għall-mili u jikkompromettu l-ilħuq tal-mira tal-mili, jew biex jiġi żgurat li l-mira tal-mili tintlaħaq. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri biex tagħmel użu aktar effettiv mill-opportunitajiet offruti mill-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u xiri konġunt stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 (
6
).
|
|
Artikolu 6d 5.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-mira tal-mili u biex jinfurzaw fuq il-parteċipanti fis-suq l-obbligi tal-ħżin li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira tal-mili, inkluż billi jimponu sanzjonijiet u multi deterrenti biżżejjed fuq dawk il-parteċipanti fis-suq. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni li timmonitorja u tiżgura l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, inkluż fl-għoti ta’ assistenza jew gwida lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 6d 6.
|
Meta tkun ser tiġi skambjata informazzjoni kummerċjalment sensittiva, il-Kummissjoni tista' ssejjaħ laqgħat tal-GCG li jkunu ristretti għaliha u għall-Istati Membri.
|
|
Artikolu 6d 7.
|
Kwalunkwe informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li jkun neċessarju għall-fini tal-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Istati Membri għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva riċevuta għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|