+Artikolu 8 9.

Artikolu 8 9.

Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat lill-Kummissjoni, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil marbut mal-elementi msemmijin fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni tista', fi żmien erba' xhur mit-tweġiba tal-awtorità kompetenti, tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa' mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG, sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistipula r-raġunijiet dettaljati tagħha biex titlob kwalunkwe emenda tal-pjan ta' azzjoni preventiva jew tal-pjan ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkunsidra b'mod sħiħ ir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.

Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha bla dewmien temenda u tagħmel pubbliku l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat.

Fejn il-pożizzjoni finali tal-awtorità kompetenti kkonċernata tkun differenti mir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi u tagħmel pubblika, flimkien mal-pożizzjoni tagħha u r-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, il-ġustifikazzjoni li ssostni l-pożizzjoni tagħha fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tar-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.