+Artikolu 8 Stabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 8 12.
|
Artikolu 8 Stabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 2.
|
L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, wara li tikkonsulta mal-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tal-gass domestiċi u dawk industrijali, inkluż il-produtturi tal-elettriku, l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni tal-elettriku, u fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti, l-awtorità regolatorja nazzjonali, tistabbilixxi:
(a)
pjan ta' azzjoni preventiva li jkollu fih il-miżuri meħtieġa biex jitneħħew jew jittaffew ir-riskji identifikati, inkluż miżuri marbutin mal-effetti tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri min-naħa tad-domanda fil-valutazzjonijiet tar-riskju komuni u nazzjonali u skont l-Artikolu 9;
(b)
pjan ta' emerġenza li jkollu fih il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass skont l-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom ikollhom fihom kapitolu reġjonali, jew diversi kapitoli reġjonali, fejn Stat Membru jkun membru ta' gruppi ta' riskju differenti kif definit fl-Anness I. Il-kapitoli reġjonali għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt mill-Istati Membri kollha fil-grupp ta' riskju qabel ma jiġu inkorporati fil-pjanijiet nazzjonali rispettivi. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala faċilitatur sabiex tagħmel possibbli li l-kapitoli reġjonali b'mod kollettiv isaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, u, ma jwasslu għal ebda kontradizzjoni, u tegħleb kull xkiel għall-kooperazzjoni. Il-kapitoli reġjonali għandhom jinkludu miżuri transfruntieri xierqa u effettivi, inkluż fir-rigward tal-ħażna tal-gass u tal-LNG, soġġett għal ftehim bejn l-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri mill-istess gruppi ta’ riskju jew minn gruppi ta’ riskju differenti affettwati mill-miżura abbażi tas-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-valutazzjoni tar-riskju komuni.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-GCG rigward il-progress li jkun sar fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, b'mod partikolari fil-kapitoli reġjonali. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għat-tħejjija tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, inkluż l-iskambju ta' abbozzi ta' pjanijiet. Huma għandhom jirrapportaw lill-GCG dwar tali mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 16-il xahar qabel id-data ta' skadenza għall-qbil dwar dawk il-pjanijiet u l-aġġornamenti ta' dawk il-pjanijiet. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-preparazzjoni tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi grupp ta' riskju ma jaqblux dwar mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak il-grupp ta' riskju b'konsiderazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu żviluppati skont il-mudelli li fih l-Annessi VI u VII. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-mudelli deskritti fl-Annessi VI u VII, wara konsultazzjoni mal-GCG, sabiex tiġi riflessa l-esperjenza li tittieħed mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-viċinat għandhom fi żmien debitu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet tagħhom ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet tagħhom ta' emerġenza. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f'kull grupp ta' riskju, jiskambjaw abbozzi ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza bi proposti għall-kooperazzjoni, mhux aktar tard minn ħames xhur qabel id-data ta' skadenza biex jitressqu l-pjanijiet. Il-verżjonijiet finali tal-kapitoli reġjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma mill-Istati Membri kollha fil-grupp ta' riskju. Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikollhom fihom ukoll il-miżuri nazzjonali neċessarji għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri transkonfinali fil-kapitoli reġjonali.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom isiru pubbliċi u jiġu notifikati lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu 2019. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-GCG bin-notifika tal-pjanijiet u għandha tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Fi żmien erba' xhur min-notifika mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet waqt li tqis il-fehmiet espressi fil-GCG.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti bir-rakkomandazzjoni sabiex tirrevedi pjan ta' azzjoni preventiva rilevanti jew pjan ta' emerġenza jekk ikun japplika wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
(a)
huwa ma jkunx effettiv sabiex itaffi r-riskji kif identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju;
(b)
huwa jkun inkonsistenti max-xenarji tar-riskju vvalutati jew mal-pjanijiet ta' Stat Membru ieħor jew grupp ta' riskju;
(c)
huwa ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 li m'għandux joħoloq indebitament distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-funzjonament effettiv tas-suq intern;
(d)
huwa ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat lill-Kummissjoni, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil marbut mal-elementi msemmijin fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni tista', fi żmien erba' xhur mit-tweġiba tal-awtorità kompetenti, tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa' mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG, sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistipula r-raġunijiet dettaljati tagħha biex titlob kwalunkwe emenda tal-pjan ta' azzjoni preventiva jew tal-pjan ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tikkunsidra b'mod sħiħ ir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni. Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha bla dewmien temenda u tagħmel pubbliku l-pjan ta' azzjoni preventiva emendat jew il-pjan ta' emerġenza emendat. Fejn il-pożizzjoni finali tal-awtorità kompetenti kkonċernata tkun differenti mir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi u tagħmel pubblika, flimkien mal-pożizzjoni tagħha u r-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, il-ġustifikazzjoni li ssostni l-pożizzjoni tagħha fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tar-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 8 10.
|
Għall-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq adottati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, għandha tapplika l-proċedura deskritta fl-Artikolu 9(4), (6), (8) u (9).
|
|
Artikolu 8 11.
|
Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi ppreservata.
|
|
Artikolu 8 12.
|
Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza żviluppati taħt ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, aġġornati skont dak ir-Regolament, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu stabbiliti għall-ewwel darba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|