+Artikolu 12 Rispons ta' emerġenza reġjonali u tal-Unjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
|
Artikolu 12 Rispons ta' emerġenza reġjonali u tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-Kummissjoni tista' tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta' awtorità kompetenti li tkun iddikjarat emerġenza u wara l-verifika f'konformità mal-Artikolu 11(8). Il-Kummissjoni għandha tiddikjara, kif adatt, emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni fuq it-talba ta' mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza u wara l-verifika f'konformità mal-Artikolu 11(8), u fejn ir-raġunijiet għal tali emerġenzi jkunu relatati ma' xulxin. Fil-każijiet kollha, fejn hija tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li tuża l-aktar mezzi ta' komunikazzjoni adatti għas-sitwazzjoni, għandha tiġbor l-opinjonijiet u tieħu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni kollha rilevanti mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Fejn il-Kummissjoni, tiddeċiedi, wara valutazzjoni, li l-bażi għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni ma għadhiex aktar tiġġustifika d-dikjarazzjoni ta' emerġenza, hija għandha tiddikjara tmiem għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni u għandha tagħti r-raġunijiet tagħha u tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' lill-GCG mill-mument meta hi tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
F'emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni b'mod sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta', il-konsultazzjoni tal-GCG. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni;
(b)
tiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni fil-livell tal-Istat Membru u dak reġjonali b'rabta mal-livell tal-Unjoni;
(c)
tikkoordina l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' grupp għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jkun magħmul minn maniġers ta' kriżijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 10(1), tal-Istati Membri kkonċernati mill-emerġenza. Il-Kummissjoni, bi qbil mal-maniġers ta' kriżijiet, tista' tistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-GCG ikun informat b'mod regolari dwar ix-xogħol imwettaq mill-grupp għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-Istati Membri u b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:
(a)
ma tiġi introdotta l-ebda miżura li tirrestrinġi bla bżonn il-fluss tal-gass fi ħdan is-suq intern fi kwalunkwe ħin; b'mod partikolari l-fluss tal-gass lis-swieq affettwati;
(b)
ma għandha tiġi introdotta l-ebda miżura li probabbilment tipperikola serjament is-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fi Stat Membru ieħor; u
(c)
l-aċċess transkonfinali għall-infrastruttura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jinżamm kemm jista' jkun mil-lat tekniku u ta' sikurezza fil-każ ta' emerġenza, skont il-pjan ta' emerġenza.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Fejn, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti jew impriża tal-gass naturali jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li, f'emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, azzjoni meħuda minn Stat Membru jew awtorità kompetenti jew l-imġiba ta' impriża tal-gass naturali tmur kontra l-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha titlob lil dak l-Istat Membru jew dik l-awtorità kompetenti sabiex jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom jew sabiex jieħdu azzjoni biex jiżguraw konformità mal-paragrafu 5, filwaqt li tinformahom bir-raġunijiet għal dan. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa li s-sistema tal-gass topera b'mod sikur f'kull ħin. Fi żmien tlett ijiem min-notifika tat-talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan il-fatt, jew għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala ma jaqblux mat-talba. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni tista’, fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi infurmata, temenda jew tirtira t-talba tagħha jew tiltaqa’ mal-Istat Membru jew mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, mal-GCG sabiex jikkunsidraw il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati tagħha għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-azzjoni. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jimmodifikaw l-azzjoni tagħhom jew jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mal-paragrafu 5 sa fejn ikun teknikament possibbli u sikur għall-integrità tas-sistema tal-gass. L-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-GCG, għandha tistabbilixxi lista ta' riserva permanenti għal task force ta' monitoraġġ li tikkonsisti minn esperti u rappreżentanti industrijali tal-Kummissjoni. It-task force ta' monitoraġġ tista' tiġi stazzjonata barra l-Unjoni meta jkun meħtieġ u għandha timmonitorja u tirrapporta dwar il-flussi tal-gass lejn l-Unjoni, b'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' transitu.
|
|
Artikolu 12 8.
|
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ERCC tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar kwalunkwe ħtieġa ta' assistenza. L-ERCC għandu jivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali u għandu jagħti parir dwar l-assistenza li għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri l-aktar affettwati, u fejn adatt lil pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|