+Artikolu 15 Segretezza Professjonali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.

Artikolu 15 Segretezza Professjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva riċevuta, skambjata jew mibgħuta skont l-Artikolu 14(4), (5), (6), (7) u (8) u l-Artikolu 18 eskluż ir-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u (5) għandha tkun kunfidenzjali u soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbilita f'dan l-Artikolu.
Artikolu 15 2.

L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni li ġejjin, li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali f'konformità ma' dan ir-Regolament:

(a) 

persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu mal-Kummissjoni;

(b) 

awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-Kummissjoni;

(c) 

persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu mal-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn;

(d) 

awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet rilevanti oħrajn.

Artikolu 15 3.
Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti mil-liġi kriminali, għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament jew għal liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu l-persuni msemmija fil-paragrafu 2 matul il-qadi ta' dmirijiethom ma tista' tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f'forma mqassra jew aggregata b'tali mod li parteċipant individwali fis-suq jew suq individwali ma jkunx jista' jiġi identifikat.
Artikolu 15 4.
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-korpi jew il-persuni li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużaw l-informazzjoni kunfidenzjali biss fil-qadi ta' dmirijiethom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Awtoritajiet, korpi, jew persuni oħrajn jistgħu jużaw dik l-informazzjoni għall-fini li għalih kienet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.