|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal Malta u Ċipru dment li ma jiġi pprovdut l-ebda gass fit-territorji rispettivi tagħhom. Għal Malta u Ċipru, l-obbligi stabbiliti, u l-għażliet li dawk l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu, skont id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom jitwettqu u jsiru fiż-żmien speċifikat ikkalkulat mid-data meta l-gass ikun ipprovdut għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom:
(a)
għall-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 7(5) u l-punt (a) tal-Artikolu 14(6): 12-il xahar;
(b)
għall-Artikolu 6(1): 18-il xahar;
(c)
għall-Artikolu 8(7): 24 xahar;
(d)
għall-Artikolu 5(4): 36 xahar;
(e)
għall-Artikolu 5(1): 48 xahar. Sabiex jonoraw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1), Malta u Ċipru jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), inkluż billi jużaw miżuri fin-naħa tad-domanda u mhux ibbażati fuq is-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|