+Artikolu 20 Deroga
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Deroga
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal Malta u Ċipru dment li ma jiġi pprovdut l-ebda gass fit-territorji rispettivi tagħhom. Għal Malta u Ċipru, l-obbligi stabbiliti, u l-għażliet li dawk l-Istati Membri huma intitolati li jagħmlu, skont id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom jitwettqu u jsiru fiż-żmien speċifikat ikkalkulat mid-data meta l-gass ikun ipprovdut għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom:
(a)
għall-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 7(5) u l-punt (a) tal-Artikolu 14(6): 12-il xahar;
(b)
għall-Artikolu 6(1): 18-il xahar;
(c)
għall-Artikolu 8(7): 24 xahar;
(d)
għall-Artikolu 5(4): 36 xahar;
(e)
għall-Artikolu 5(1): 48 xahar.
Sabiex jonoraw l-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1), Malta u Ċipru jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), inkluż billi jużaw miżuri fin-naħa tad-domanda u mhux ibbażati fuq is-suq.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Obbligi relatati mal-ħidma tal-gruppi ta' riskju stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 fir-rigward tal-gruppi ta' riskju tal-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran għandhom jibdew japplikaw mid-data meta l-infrastruttura/pipeline prinċipali jibda jitħaddem bi prova.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Dment li l-Iżvezja jkollha aċċess għall-gass permezz ta' interkonnessjonijiet esklużivament mid-Danimarka bħala l-uniku sors ta' gass tagħha u l-uniku fornitur possibbli ta' solidarjetà tagħha, id-Danimarka u l-Iżvezja għandhom ikunu eżentati mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 13(10) li jikkonkludu arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji għall-fini li l-Iżvezja tipprovdi solidarjetà lid-Danimarka. Dan ma għandux jaffettwa l-obbligu li d-Danimarka tipprovdi solidarjetà u li tikkonkludi l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għal dak l-għan skont l-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-Artikoli 6a sa 6d ma għandhomx japplikaw għall-Irlanda, Ċipru Malta sakemm ma jkunux interkonnessi direttament mas-sistema interkonnessa tal-gass ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|