+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

Kalkolu tal-formula N – 1

1.    Definizzjoni tal-formula N – 1

Il-formula N – 1 tiddeskrivi l-ħila tal-kapaċità teknika tal-infrastruttura tal-gass li tissodisfa d-domanda totali ta' gass fiż-żona kkalkolata f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass matul ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

L-infrastruttura tal-gass għandha tkopri n-netwerk tat-trasmissjoni tal-gass inklużi l-interkonnessjonijiet, kif ukoll il-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin konnessi maż-żona kkalkolata.

Il-kapaċità teknika tal-kumplament tal-infrastruttura tal-gass kollha disponibbli f'każ ta' interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass trid għandha tal-inqas daqs it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

Ir-riżultati tal-formula N – 1, kif ikkalkolati hawn taħt, għandhom tal-inqas ikunu ugwali għal 100 %.

2.    Metodu ta' kalkolu tal-formula N – 1

image

, N – 1 ≥ 100 %

Il-parametri użati għall-kalkolu għandhom ikunu deskritti u ġustifikati b'mod ċar.

Għall-kalkolu tal-EPm, għandha tiġi pprovduta lista dettaljata tal-punti ta' dħul u l-kapaċità individwali tagħhom.

3.    Definizzjonijiet tal-parametri tal-formula N – 1

“Żona kkalkolata” tfisser żona ġeografika li għaliha hija kkalkolata l-formula N – 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.

Definizzjoni fin-naħa tad-domanda

“Dmax ” tfisser it-total tad-domanda ta' gass ta' kuljum (f'mcm/d) taż-żona kkalkolata waqt ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li għandha probabbiltà statistika li sseħħ darba kull 20 sena.

Definizzjonijiet tan-naħa tal-provvista

“EPm ”: kapaċità teknika ta' punti ta' dħul (f'mcm/d), minbarra l-faċilitajiet ta' produzzjoni, LNG u ħżin koperti b'Pm, LNGm u Sm, tfisser it-total tal-kapaċità teknika tal-punti kollha ta' dħul tal-fruntiera li huma kapaċi jipprovdu gass liż-żona kkalkolata.
“Pm ”: kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-produzzjoni teknika ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni tal-gass li jista' jitwassal sal-punti ta' dħul fiż-żona kkalkolata.
“Sm ”: kapaċità teknika massimali ta' twassil ta' ħżin (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċità massimali tal-irtirar tekniku ta' kuljum tal-faċilitajiet kollha ta' ħżin li tista' titwassal lejn il-punti ta' dħul taż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi rispettivi tagħhom.
“LNGm ”: kapaċità massimali tal-faċilità teknika tal-LNG (f'mcm/d) tfisser it-total tal-kapaċitajiet tekniċi massimali tal-bgħit ta' kuljum mill-faċilitajiet kollha tal-LNG fiż-żona kkalkolata, filwaqt li jitqiesu l-elementi kritiċi bħall-ħatt, is-servizzi anċillari, il-ħżin temporanju u r-rigassifikazzjoni tal-LNG kif ukoll kapaċità ta' bgħit teknika lejn is-sistema.
“Im ” tfisser il-kapaċità teknika tal-akbar infrastruttura unika tal-gass (f'mcm/d) bl-ogħla kapaċità li tipprovdi liż-żona kkalkolata. Meta diversi infrastrutturi tal-gass ikunu konnessi ma' infrastruttura tal-gass komuni upstream jew downstream u ma jistgħux jitħaddmu separatament, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala infrastruttura unika tal-gass.

4.    Kalkolu tal-formula N – 1 bl-użu tal-miżuri fin-naħa tad-domanda

image

, N – 1 ≥ 100 %

Definizzjoni fin-naħa tad-domanda

“Deff ” tfisser il-parti (f'mcm/d) ta' Dmax li f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass tista' tiġi koperta biżżejjed u fil-ħin b'miżuri fin-naħa tad-domanda u bbażati fuq is-suq f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 5(2).

5.    Kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali

Iż-żona kkalkolata msemmija fil-punt 3 għandha tiġi estiża għal-livell reġjonali adatt, fejn ikun applikabbli, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-kalkolu jista' jiġi estiż ukoll għal-livell reġjonali tal-grupp ta' riskju, jekk dan jintlaħaq qbil dwaru mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju. Għall-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali, għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni. L-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għal reġjun għandha tkun l-ikbar infrastruttura tal-gass fir-reġjun li direttament jew indirettament tikkontribwixxi għall-provvista tal-gass tal-Istati Membri ta' dak ir-reġjun u għandha tiġi ddefinita fil-valutazzjoni tar-riskju.

Il-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell reġjonali jista' jissostitwixxi l-kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell nazzjonali biss fejn l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni hija ta' importanza kbira għall-provvista tal-gass għall-Istati Membri kollha kkonċernati skont il-valutazzjoni tar-riskju komuni.

Fil-livell tal-grupp ta' riskju, għall-kalkoli msemmija fl-Artikolu 7(4), għandha tintuża l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-gruppi ta' riskju kif elenkata fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.