+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju komuni

Il-mudell li ġej għandu jimtela b'lingwa miftiehma fil-grupp ta' riskju.

Informazzjoni ġenerali

— 
L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju
— 
L-isem tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju ( 9 )

1.    Deskrizzjoni tas-sistema

Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-grupp ta' riskju, li tkopri:

(a) 

iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass ( 10 ): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti ( 11 ), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

(b) 

deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-grupp ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;

(c) 

tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini ( 12 );

(d) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:

(i) 

il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

(ii) 

il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp ta' riskju:

(i) 

il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

(ii) 

il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

(f) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

2.    Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

Iddeskrivi l-kalkoli tal-formula jew formuli N – 1 f'livell reġjonali għall-grupp ta' riskju, jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju, u l-kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

(a) 

Formula N – 1

(i) 

l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;

(ii) 

il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;

(iii) 

deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

(iv) 

indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

(b) 

kapaċità bidirezzjonali

(i) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

(ii) 

indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

(iii) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

3.    Identifikazzjoni tar-riskji

Iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali li għalih inħoloq il-grupp kif ukoll il-fatturi ta' riskju f'diversi okkażjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex jimmaterjalizza ruħu dak ir-riskju, il-probabbiltà li jseħħu l-konsegwenzi tagħhom.

Lista mhux eżawrjenti tal-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti rilevanti:

(a) 

politiku

— 
interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,
— 
inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
— 
gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
— 
terroriżmu;
(b) 

teknoloġiku

— 
splużjoni/nirien,
— 
nirien (interni f'faċilità partikolari),
— 
tnixxijiet,
— 
nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,
— 
ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),
— 
nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),
— 
ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),
— 
attakk ċibernetiku,
— 
impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ..;
(c) 

kummerċjali/suq/finanzjarju

— 
ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,
— 
tilwim kummerċjali,
— 
kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,
— 
volatilità tal-prezzijiet,
— 
sottoinvestiment,
— 
domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,
— 
riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;
(d) 

soċjali

— 
strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.);
— 
sabotaġġ,
— 
vandaliżmu,
— 
serq,
(e) 

naturali

— 
terremoti,
— 
uqigħ tal-art,
— 
għargħar (xita qawwija, xmara),
— 
maltempati (baħar),
— 
valangi,
— 
kundizzjonijiet ta' temp estremi,
— 
nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.).

Analiżi

(a) 

iddeskrivi l-akbar riskju transnazzjonali u kwalunkwe fattur ta' riskju rilevanti ieħor għall-grupp ta' riskju, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom kif ukoll l-interazzjoni u l-korrelazzjoni tar-riskji fost l-Istati Membri, kif adatt;

(b) 

iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;

(c) 

stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskji rilevanti skont is-sorsi ta' riskji u iddeskrivi kif saret l-għażla;

(d) 

indika l-limitu sa fejn ix-xenarji mħejjija mill-ENTSOG ġew ikkunsidrati.

4.    Analiżi u valutazzjoni tar-riskju

Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista, bħal, l-istandard tal-infrastruttura kkalkukat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, jekk ikun il-każ, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:

(a) 

iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;

(b) 

iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li tkun saret, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).

5.    Konklużjonijiet

Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji tar-riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.