+ANNESS VII

ANNESS VII




ANNESS VII

Mudell għall-pjan ta' emerġenza

Informazzjoni ġenerali

L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-tħejjija ta' dan il-pjan ( 23 )

1.    Definizzjoni ta' livelli ta' kriżi

(a) 

indika l-korp responsabbli għad-dikjarazzjoni ta' kull livell ta' kriżi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'kull każ għal tali dikjarazzjonijiet;

(b) 

fejn ikunu jeżistu, inkludi hawn l-indikaturi jew il-parametri użati biex tikkunsidra jekk każ jistax jirrizulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista u biex tiddeċiedi dwar id-dikjarazzjoni ta' ċertu livell ta' kriżi.

2.    Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi ( 24 )

2.1.   Twissija Bikrija

Iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatt ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.

2.2.   Livell ta' Allert

(a) 

iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mas-sitwazzjoni tal-livell ta' allert;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(b) 

iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.

2.3.   Livell ta' emerġenza

(a) 

stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'azzjonijiet bħal dawn u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;

(b) 

iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(c) 

iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal-livell ta' emerġenza, u indika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;

(iii) 

deskrizzjoni fid-dettall il-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni ta' din il-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);

(iv) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;

(v) 

valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;

(vi) 

ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);

(vii) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(d) 

iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.

3.    Miżuri speċifiċi għall-elettriku u t-tisħin distrettwali

(a) 

tisħin distrettwali

(i) 

indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tat-tisħin distrettwali;

(ii) 

indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali. Inkella, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;

(b) 

provvista ta' elettriku ġġenerat mill-gass

(i) 

indika fil-qosor l-impatt probabbli ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fis-settur tal-elettriku;

(ii) 

indika l-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq is-settur tal-elettriku. Alternattivament, indika għaliex l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi mhijiex adatta;

(iii) 

indika l-mekkaniżmi/id-dispożizzjonijiet eżistenti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, bejn l-atturi ewlenin fis-settur tal-gass u dak tal-elettriku, b'mod partikolari l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, f'livelli differenti ta' kriżi.

4.    Maniġer jew tim ta' kriżi

Indika min huwa l-maniġer tal-kriżi u ddefinixxi r-rwol tiegħu.

5.    Rwoli u responsabbiltajiet ta' atturi differenti

(a) 

skont il-livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet, inklużi l-interazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u, fejn adatt, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, ta':

(i) 

impriżi tal-gass naturali;

(ii) 

klijenti industrijali;

(iii) 

produtturi tal-elettriku rilevanti;

(b) 

għal kull livell ta' kriżi, iddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi li lilhom ġew iddelegati l-kompiti.

6.    Miżuri rigward konsum żejjed minn klijenti li mhumiex klijenti protetti

Iddeskrivi l-miżuri fis-seħħ għall-prevenzjoni sa fejn possibbli u mingħajr ma jiġi pperikolat it-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass jew il-ħolqien ta' sitwazzjonijiet perikolużi, il-konsum minn klijenti li mhumiex klijenti protetti ta' provvista tal-gass maħsuba għal klijenti protetti matul emerġenza. Indika n-natura tal-miżura (amministrattiva, teknika, eċċ.), l-atturi ewlenin u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti.

7.    Testijiet ta' emerġenza

(a) 

indika l-kalendarju għas-simulazzjonijiet b'rispons f'ħin reali għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

(b) 

indika l-atturi involuti, il-proċeduri u x-xenarji konkreti b'impatt qawwi u medju simulati.

Għall-aġġornamenti tal-pjan ta' emerġenza: iddeskrivi fil-qosor it-testijiet imwettqa minn meta l-aħħar pjan ta' emerġenza kien ippreżentat u r-riżultati ewlenin. Indika liema miżuri ġew adottati b'riżultat ta' dawk it-testijiet.

8.    Dimensjoni Reġjonali

8.1.   Miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-livell ta' kriżi:

8.1.1.   Twissija Bikrija:

iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti.

8.1.2.   Livell ta' Allert:

(a) 

iddeskrivi l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita, jekk applikabbli;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tlaħħaq mal-impatti ta' kwalunkwe avveniment jew tipprepara bil-quddiem qabel ma jseħħ;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(b) 

iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livell ta' allert.

8.1.3.   Livell ta' emerġenza:

(a) 

stabbilixxi lista tal-azzjonijiet predefiniti fin-naħa tal-provvista u tad-domanda biex il-gass ikun disponibbli f'każ ta' emerġenza, inklużi l-ftehimiet kummerċjali bejn il-partijiet involuti f'tali azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għall-impriżi tal-gass naturali fejn adatt;

(b) 

iddeskrivi l-miżuri bbażati fuq is-suq li għandhom jiġu applikati f'dan l-istadju, filwaqt li tindika, għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċedura li trid tiġi segwita;

(iii) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza;

(iv) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(c) 

iddeskrivi l-miżuri mhux ibbażati fuq is-suq ippjanati jew li għandhom jiġu implimentati għal livell ta' emerġenza, u indika għal kull miżura:

(i) 

deskrizzjoni qasira tal-miżura u l-atturi ewlenin involuti;

(ii) 

valutazzjoni tal-ħtieġa ta' tali miżura biex tiffaċċa kriżi, inkluż il-livell tal-użu tagħha;

(iii) 

deskrizzjoni fid-dettall tal-proċedura ta' implimentazzjoni tal-miżura (eż. xi jwassal għall-introduzzjoni tal-miżura, min jieħu d-deċiżjoni);

(iv) 

indikazzjoni tal-kontribut mistenni mill-miżura biex tittaffa s-sitwazzjoni fil-livell ta' emerġenza bħala komplement għal miżuri bbażati fuq is-suq;

(v) 

valutazzjoni ta' effetti oħra tal-miżura;

(vi) 

ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżura mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(6);

(vii) 

deskrizzjoni tal-flussi ta' informazzjoni fost l-atturi involuti;

(d) 

iddeskrivi l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali.

8.2.   Mekkaniżmi ta' kooperazzjoni:

(a) 

iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni f'kull grupp ta riskju rilevanti u biex tiġi żgurata koordinazzjoni adatta għal kull livell ta' kriżi. Iddeskrivi, sa fejn jeżistu u jekk ma ġewx koperti fil-punt 2, il-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għal reazzjoni adatta f'livell reġjonali f'kull livell ta' kriżi;

(b) 

iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn barra mill-gruppi ta' riskju u biex jiġu kkoordinati l-azzjonijiet għal kull livell ta' kriżi.

8.3.   Solidarjetà bejn l-Istati Membri:

(a) 

iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri konnessi direttament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13;

(b) 

jekk applikabbli, iddeskrivi l-arranġamenti miftiehma bejn l-Istati Membri li huma konnessi direttament ma' xulxin permezz ta' pajjiż terz biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà msemmi fl-Artikolu 13.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.