|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu għal kull wieħed minn dawn l-objettivi ġenerali li ġejjin, li mhumiex elenkati f’ordni ta’ prijorità:
(a)
il-promozzjoni tal-konnettività u l-aċċess għal, u l-użu ta’, netwerks b’kapaċità kbira ħafna, inkluż netwerks fissi, mobbli u bla fili, miċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-Unjoni;
(b)
il-promozzjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tal-faċilitajiet assoċjati, inkluża kompetizzjoni effiċjenti bbażata fuq l-infrastruttura, u fil-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi assoċjati;
(c)
il-kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli li fadal, u jeħfiefu l-kondizzjonijiet konverġenti għal, l-investiment fi, u l-forniment ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, mal-Unjoni kollha, billi jinħolqu regoli komuni u approċċi regolatorji prevedibbli, billi jiġi ffavorit l-użu effettiv, effiċjenti u kkoordinat tal-ispektrum tar-radju, l-innovazzjoni miftuħa, l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej, il-forniment, id-disponibbiltà u l-interoperabbiltà tas-servizzi trans-Ewropej, u l-konnettività minn tarf għall-ieħor;
(d)
il-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni, billi jiżguraw il-konnettività u d-disponibbiltà u l-adozzjoni mifruxa tan-netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna, inkluż netwerks fissi, mobbli u bla fili, u ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi jippermettu l-benefiċċji kollha mil-lat ta’ għażla, prezz u kwalità abbażi tal-kompetizzjoni effettiva, billi jżommu n-netwerks u s-servizzi siguri, billi jiżguraw livell għoli u komuni ta’ protezzjoni għall-utenti finali permezz tar-regoli speċifiċi għas-settur meħtieġa u billi jindirizzaw il-ħtiġijiet, bħal prezzijiet affordabbli, ta’ gruppi soċjali speċifiċi, b’mod partikolari utenti b’diżabbiltà, utenti finali anzjani u utenti finali bi bżonnijiet soċjali speċjali, u l-għażla u l-aċċess ekwivalenti għal utenti finali b’diżabbiltà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|