+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 4.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, filwaqt li jippruvaw jilħqu l-għanijiet politiċi msemmija fil-paragrafu 2 u speċifikati f’dan il-paragrafu għandhom, fost l-oħrajn:

(a) 

jippromwovu l-prevedibbiltà regolatorja billi jiżguraw approċċ regolatorju konsistenti tul perijodi adegwati ta’ rieżami kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni bejniethom, mal-BEREC, mal-RSPG u, mal-Kummissjoni;

(b) 

jiżguraw li, f’ċirkostanzi simili, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fit-trattament tal-fornituri tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(c) 

japplikaw il-liġi tal-UE b’mod teknoloġikament newtrali, sa fejn dan ikun konsistenti biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-paragrafu 1;

(d) 

jippromwovu l-investiment u l-innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba, inkluż billi jiżguraw li kull obbligu tal-aċċess jikkunsidra kif jixraq ir-riskju għall-impriżi li jinvestu u billi jippermettu diversi arranġamenti koperattivi bejn l-investituri u l-partijiet li jitolbu l-aċċess biex ikun diversifikat ir-riskju tal-investiment, filwaqt li jiżguraw li jitħarsu l-kompetizzjoni fis-suq u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;

(e) 

iqisu kif xieraq il-varjetà ta’ kondizzjonijiet dwar l-infrastruttura, il-kompetizzjoni, iċ-ċirkostanzi tal-utenti finali u, partikularment, tal-konsumaturi fid-diversi żoni ġeografiċi fi Stat Membru inkluża l-infrastruttura lokali ġestita minn persuni fiżiċi mingħajr skop ta’ qligħ;

(f) 

jimponu obbligi regolatorji ex ante biss sal-punt meħtieġ sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni effettiva u sostenibbli fl-interess tal-utenti finali u jtaffu jew ineħħu tali obbligi malli tintlaħaq dik il-kondizzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra jaġixxu b’mod imparzjali, oġġettiv u trasparenti, u b’manjiera nondiskriminatorja u proporzjonata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.