+Artikolu 4 3.

Artikolu 4 3.

L-Istati Membri, permezz tal-RSPG, għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1, u, fuq it-talba tagħhom, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, b’appoġġ għall-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni, billi:

(a) 

jiżviluppaw l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b) 

jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni u bil-ħsieb li jsir kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern;

(c) 

jikkoordinaw l-approċċi tagħhom fir-rigward tal-għoti u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju u jippubblikaw rapporti jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju.

Il-BEREC għandu jieħu sehem fi kwistjonijiet dwar l-oqsma ta’ kompetenzi tagħhom b’rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni relatata mal-ispektrum tar-radju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.