+Artikolu 4 Ippjanar strateġiku u koordinazzjoni tal-politika tal-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Ippjanar strateġiku u koordinazzjoni tal-politika tal-ispektrum tar-radju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, fl-ippjanar strateġiku, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni skont il-politiki tal-Unjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f’komunikazzjonijiet elettroniċi. Għal dan il-għan, dawn għandhom iqisu fost l-oħrajn l-aspetti ekonomiċi, tas-sikurezza, tas-saħħa, tal-interess pubbliku, tal-libertà tal-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki tal-Unjoni kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet tal-utenti tal-ispektrum tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispektrum tar-radju u jkunu evitati interferenzi dannużi.
Artikolu 4 2.
B’koperazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koordinazzjoni tal-approċċi politiċi għall-ispektrum tar-radju fl-Unjoni u, meta xieraq, il-kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Artikolu 4 3.

L-Istati Membri, permezz tal-RSPG, għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1, u, fuq it-talba tagħhom, mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, b’appoġġ għall-ippjanar strateġiku u l-koordinazzjoni tal-approċċi tal-politika tal-ispektrum tar-radju fl-Unjoni, billi:

(a) 

jiżviluppaw l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju, bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b) 

jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni u bil-ħsieb li jsir kontribut għall-iżvilupp tas-suq intern;

(c) 

jikkoordinaw l-approċċi tagħhom fir-rigward tal-għoti u l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju u jippubblikaw rapporti jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ispektrum tar-radju.

Il-BEREC għandu jieħu sehem fi kwistjonijiet dwar l-oqsma ta’ kompetenzi tagħhom b’rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni relatata mal-ispektrum tar-radju.

Artikolu 4 4.
Il-Kummissjoni, waqt li tagħti l-akbar attenzjoni lill-opinjoni tal-RSPG tista’ tippreżenta proposti leġislattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ programmi pluriennali ta’ politika dwar l-ispektrum tar-radju, li jindikaw l-orjentamenti u l-għanijiet ta’ politika għall-ippjanar strateġiku u għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispektrum tar-radju b’konformità ma’ din id-Direttiva, kif ukoll bil-għan li jitqiegħed għad-dispożizzjoni spektrum armonizzat tar-radju għall-użu kondiviż jew għal użu li ma jkunx soġġett għal drittijiet individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.