+Artikolu 5 Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
|
Artikolu 5 Awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kompitu stabbilit f’din id-Direttiva jitwettaq minn awtorità kompetenti.
Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mill-anqas għal dawn il-kompiti li ġejjin:
(a)
jimplimentaw ir-regolamentazzjoni tas-suq ex ante, inkluża l-impożizzjoni ta’ obbligi tal-aċċess u tal-interkonnessjoni;
(b)
jiżguraw is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn l-impriżi;
(c)
iwettqu l-ġestjoni tal-ispektrum tar-radju u deċiżjonijiet dwaru jew, fejn dawn il-kompiti huma assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, jagħtu pariri rigward l-elementi tal-iffurmar tas-suq u l-kompetizzjoni ta’ proċessi nazzjonali relatati mad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi;
(d)
jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-utenti finali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra;
(e)
jivvalutaw u jimmonitorjaw mill-qrib kwistjonijiet ta’ ffurmar tas-suq u ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-aċċess miftuħ għall-internet;
(f)
jivvalutaw il-piż inġust u jikkalkulaw l-ispiża netta tal-forniment ta’ servizz universali;
(g)
jiżguraw il-portabbiltà tan-numru bejn il-fornituri;
(h)
iwettqu kwalunkwe kompitu ieħor li din id-Direttiva tirriżerva għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jassenjaw kompiti oħra previsti f’din id-Direttiva u f’liġijiet oħra tal-Unjoni lil awtoritajiet regolatorji, b’mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew ma’ dħul fis-suq, bħal awtorizzazzjoni ġenerali u dawk relatati ma kwalunkwe rwol ikkonferit lill-BEREC. Fejn dawk il-kompiti relatati mal-kompetizzjoni tas-suq jew id-dħul fis-suq jiġu assenjati lil awtoritajiet kompetenti oħra, huma għandhom ifittxu jikkonsultaw mal-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tittieħed deċiżjoni. Għall-finijiet li jikkontribwixxu fil-kompiti tal-BEREC, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu intitolati jiġbru d-data meħtieġa u informazzjoni oħra mill-parteċipanti tas-suq.
L-Istati Membri jistgħu jassenjaw ukoll kompiti oħra lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali abbażi ta’ liġi nazzjonali, inkluża liġi nazzjonali li timplimenta liġi tal-Unjoni.
B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-istabbiltà tal-kompetenzi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jittrasponu din id-Direttiva fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-qafas regolatorju tal-Unjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif emendat fl-2009.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra tal-istess Stat Membru jew ta’ Stati Membri differenti għandhom, fejn meħtieġ, jidħlu f’arranġamenti kooperattivi ma’ xulxin biex jippromwovu l-kooperazzjoni regolatorja.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li jkunu meħtieġa jwettqu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra b’format aċċessibbli faċilment, b’mod partikolari meta dawk il-kompiti jkunu assenjati lil aktar minn korp wieħed. Meta xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jew tal-liġi dwar il-konsumaturi, fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ interess komuni. Meta aktar minn awtorità waħda jkollha l-kompetenza biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti rispettivi ta’ kull awtorità jiġu ppubblikati b’format aċċessibbli faċilment.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull awtorità regolatorja nazzjonali u awtorità kompetenti oħra assenjati kompiti taħt din id-Direttiva, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dwar il-bidliet fihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|