Artikolu 11
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fir-rigward tal-informazzjoni skambjata, għandhom japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, u l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità bħal dik tal-awtorità trasferenti.