+Artikolu 12 Awtorizzazzjoni ġenerali ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12 Awtorizzazzjoni ġenerali ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu lil xi impriża milli tipprovdi n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ħlief meta dan ikun meħtieġ minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tat-TFUE. Kull limitu bħal dan għal-libertà tal-forniment tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun ġustifikat kif xieraq u għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Il-forniment ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minbarra l-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali u indipendenti min-numri biss, jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew għad-drittijiet tal-użu msemmija fl-Artikoli 46 u 94, ikunu soġġetti biss għall-awtorizzazzjoni ġenerali.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Fejn Stat Membru jidhirlu li xi rekwiżit ta’ notifika jkun ġustifikat għall-impriżi soġġetti għal awtorizzazzjonijiet ġenerali, dak l-Istat Membru jista’ jeżiġi li tali impriżi biss iressqu notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra. L-Istat Membru ma għandux jeżiġi li tali impriżi jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor minn tali awtorità jew xi awtorità oħra qabel jeżerċitaw id-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali.
Man-notifika, meta tintalab, l-impriża tista’ tibda l-attività, fejn meħtieġ soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu taħt din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12 4.
|
In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni mingħand persuna fiżika jew ġuridika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra tal-intenzjoni li jinbdew il-fornimenti tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hi meħtieġa ħalli l-BEREC u dik l-awtorità jkunu jistgħu jżommu reġistru jew lista tal-fornituri tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik l-informazzjoni għandha tkun limitata għal:
(b)
l-istatus legali, il-forma u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-fornitur, f’liema reġistru pubbliku tal-kummerċ jew reġistru pubbliku ieħor tal-Unjoni hu rreġistrat il-fornitur;
(c)
l-indirizz ġeografiku tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur fl-Unjoni, meta jkollu, u, fejn applikabbli, kull fergħa sekondarja fi Stat Membru;
(d)
l-indirizz tas-sit web tal-fornitur, fejn applikabbli, assoċjat mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(e)
il-persuna ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt;
(f)
deskrizzjoni fil-qosor tan-netwerks jew tas-servizzi maħsuba biex jiġu fornuti;
(g)
l-Istati Membri kkonċernati; u
(h)
id-data meta mistennija tinbeda l-attività.
L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit ta’ notifika separat jew addizzjonali.
Sabiex jiġu approssimati r-rekwiżiti ta’ notifika, il-BEREC għandu jippubblika linji gwida għall-mudell ta’ notifika u jżomm bażi tad-data tal-Unjoni għan-notifiki trażmessi lill-awtoritajiet kompetenti. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, permezz ta’ mezz elettroniku, jibagħtu kull notifika riċevuta lill-BEREC, bla dewmien. In-notifiki li jsiru lill-awtoritajiet kompetenti qabel il-21 ta’ Diċembru 2020 għandhom jintbagħtu lill-BEREC sal-21 ta’ Diċembru 2021.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|