Fejn Stat Membru jidhirlu li xi rekwiżit ta’ notifika jkun ġustifikat għall-impriżi soġġetti għal awtorizzazzjonijiet ġenerali, dak l-Istat Membru jista’ jeżiġi li tali impriżi biss iressqu notifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra. L-Istat Membru ma għandux jeżiġi li tali impriżi jiksbu xi deċiżjoni espliċita jew xi att amministrattiv ieħor minn tali awtorità jew xi awtorità oħra qabel jeżerċitaw id-drittijiet derivanti mill-awtorizzazzjoni ġenerali.
Man-notifika, meta tintalab, l-impriża tista’ tibda l-attività, fejn meħtieġ soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-użu taħt din id-Direttiva.