+Artikolu 16 Ħlasijiet amministrattivi
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
|
Artikolu 16 Ħlasijiet amministrattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jipprovdu netwerk jew servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ingħata dritt tal-użu, għandu:
(a)
ikopri, fit-total, biss l-ispejjeż amministrattivi mġarrba bil-ġestjoni, bil-kontroll u bl-infurzar tas-sistema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), li jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni, l-analiżi tas-suq, il-monitoraġġ tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll il-ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta’ leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u
(b)
jiġi mpost fuq l-impriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jnaqqas kemm jista’ jkun l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet assoċjati.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ħlasijiet amministrattivi lil impriżi li l-fatturat tagħhom ikun inqas minn ċertu limitu jew li l-attivitajiet tagħhom ma jilħqux ċertu sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jimponu ħlasijiet amministrattivi, dawn għandhom jippubblikaw rapport annwali tal-ispejjeż amministrattivi tagħhom u tat-total tal-ħlasijiet miġbura. Fejn teżisti differenza bejn it-total tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandhom isiru l-aġġustamenti xierqa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|