|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Kull ħlas amministrattiv impost fuq impriżi li jipprovdu netwerk jew servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li lilhom ingħata dritt tal-użu, għandu:
(a)
ikopri, fit-total, biss l-ispejjeż amministrattivi mġarrba bil-ġestjoni, bil-kontroll u bl-infurzar tas-sistema tal-awtorizzazzjoni ġenerali u tad-drittijiet tal-użu u l-obbligi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 13(2), li jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-kooperazzjoni internazzjonali, l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni, l-analiżi tas-suq, il-monitoraġġ tal-konformità u kontrolli oħra tas-suq, kif ukoll il-ħidma regolatorja li tinvolvi l-preparazzjoni u l-infurzar ta’ leġislazzjoni sekondarja u deċiżjonijiet amministrattivi, bħal deċiżjonijiet dwar l-aċċess u l-interkonnessjoni; u
(b)
jiġi mpost fuq l-impriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jnaqqas kemm jista’ jkun l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali u l-ħlasijiet assoċjati. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ħlasijiet amministrattivi lil impriżi li l-fatturat tagħhom ikun inqas minn ċertu limitu jew li l-attivitajiet tagħhom ma jilħqux ċertu sehem minimu mis-suq jew li għandhom ambitu territorjali limitat ħafna. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|