Fejn impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-liġi tal-kumpaniji u ma jkunux jissodisfaw l-kriterji tal-impriżi żgħar u medji tar-regoli dwar il-kontabbiltà fil-liġi tal-Unjoni, ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew, jintbagħtu għal awditi indipendenti u jiġu ppubblikati. Il-verifika għandha ssir skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-kontijiet separati meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.