+Artikolu 17 Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
|
Artikolu 17 Separazzjoni fil-kontabbiltà u rapporti finanzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku li jkollhom drittijiet speċjali jew esklussivi għall-forniment ta’ servizzi f’setturi oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor:
(a)
iżommu kontijiet separati għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, sal-punt li kien ikun meħtieġ kieku dawk l-attivitajiet kienu mwettqa minn entitajiet legalment indipendenti, biex jiġu identifikati l-elementi kollha tal-ispiża u tad-dħul, bil-bażi tal-kalkolu tagħhom u l-metodi dettaljati tal-attribuzzjoni użati, relatati ma’ tali attivitajiet, inkluż tqassim dettaljat tal-assi fissi u tal-ispejjeż strutturali; jew
(b)
ikollhom separazzjoni strutturali għall-attivitajiet assoċjati mal-forniment tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-impriżi li jkollhom fatturat totali annwali ta’ anqas minn EUR 50 miljun f’attivitajiet assoċjati ma’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Fejn impriżi li jipprovdu netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-liġi tal-kumpaniji u ma jkunux jissodisfaw l-kriterji tal-impriżi żgħar u medji tar-regoli dwar il-kontabbiltà fil-liġi tal-Unjoni, ir-rapporti finanzjarji tagħhom għandhom jitħejjew, jintbagħtu għal awditi indipendenti u jiġu ppubblikati. Il-verifika għandha ssir skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-kontijiet separati meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|