Ħlief fejn l-emendi proposti jkunu minuri, u jkun intlaħaq qbil dwarhom mad-detentur tad-drittijiet jew tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 għandha ssir notifika kif xieraq bl-intenzjoni li jsiru dawn l-emendi. Il-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom biżżejjed żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti. Dak il-perijodu ma għandux ikun inqas minn erba’ ġimgħat ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.
L-emendi għandhom jiġu ppubblikati, flimkien mar-raġunijiet għalihom.