+Artikolu 22 1.

Artikolu 22 1.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwasslu l-broadband (“in-netwerks tal-broadband”) sal-21 ta’ Diċembru 2023 u għandhom jaġġornawh mill-anqas kull tliet snin sussegwentement.

Dan l-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi stħarriġ dwar il-firxa ġeografika ta’ tali netwerks tal-broadband fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u għall-istħarriġ meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-istħarriġ ġeografiku jista’ jinkludi wkoll tbassir għal perijodu ddeterminat mill-awtorità rilevanti tal-firxa tan-netwerks tal-broadband, inkluż netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna fit-territorju tagħhom.

Tali tbassir għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar l-introduzzjonijiet ippjanati minn kwalunkwe impriża jew awtorità pubblika, ta’ netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna u aġġornamenti jew estensjonijiet sinifikanti ta’ netwerks ta’ mill-inqas veloċitajiet ta’ download ta’ 100 Mbps. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jeżiġu li impriżi u awtoritajiet pubbliċi jipprovdu tali informazzjoni sa fejn din tkun disponibbli u tista’ tingħata bi sforz raġonevoli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, fir-rigward ta’ kompiti speċifikament attribwiti lilha taħt din id-Direttiva, il-grad safejn ikun xieraq li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni kollha miġbura jew parti minnha fil-kuntest ta’ tali tbassir.

Fejn ma jsirx stħarriġ ġeografiku mill-awtorità regolatorja nazzjonali, dan għandu jsir b’kooperazzjoni ma’ dik l-awtorità sa fejn dan ikun rilevanti għall-kompiti tagħha.

L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ ġeografiku għandha tkun f’livell adegwat ta’ dettall lokali u għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni fuq il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu u għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 20(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.