+Artikolu 22 Stħarriġ ġeografiku dwar l-introduzzjonijiet tan-netwerks
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Stħarriġ ġeografiku dwar l-introduzzjonijiet tan-netwerks
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jagħmlu stħarriġ ġeografiku dwar il-firxa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li kapaċi jwasslu l-broadband (“in-netwerks tal-broadband”) sal-21 ta’ Diċembru 2023 u għandhom jaġġornawh mill-anqas kull tliet snin sussegwentement.
Dan l-istħarriġ ġeografiku għandu jinkludi stħarriġ dwar il-firxa ġeografika ta’ tali netwerks tal-broadband fit-territorju tagħhom, kif meħtieġ għall-kompiti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra taħt din id-Direttiva u għall-istħarriġ meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-istħarriġ ġeografiku jista’ jinkludi wkoll tbassir għal perijodu ddeterminat mill-awtorità rilevanti tal-firxa tan-netwerks tal-broadband, inkluż netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna fit-territorju tagħhom.
Tali tbassir għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar l-introduzzjonijiet ippjanati minn kwalunkwe impriża jew awtorità pubblika, ta’ netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna u aġġornamenti jew estensjonijiet sinifikanti ta’ netwerks ta’ mill-inqas veloċitajiet ta’ download ta’ 100 Mbps. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jeżiġu li impriżi u awtoritajiet pubbliċi jipprovdu tali informazzjoni sa fejn din tkun disponibbli u tista’ tingħata bi sforz raġonevoli.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, fir-rigward ta’ kompiti speċifikament attribwiti lilha taħt din id-Direttiva, il-grad safejn ikun xieraq li wieħed joqgħod fuq l-informazzjoni kollha miġbura jew parti minnha fil-kuntest ta’ tali tbassir.
Fejn ma jsirx stħarriġ ġeografiku mill-awtorità regolatorja nazzjonali, dan għandu jsir b’kooperazzjoni ma’ dik l-awtorità sa fejn dan ikun rilevanti għall-kompiti tagħha.
L-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ ġeografiku għandha tkun f’livell adegwat ta’ dettall lokali u għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni fuq il-kwalità tas-servizz u l-parametri tiegħu u għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 20(3).
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jiddeżinjaw żona b’konfini territorjali ċari fejn, abbażi tal-informazzjoni miġbura u kwalunkwe tbassir imħejji skont il-paragrafu 1, ikun ġie determinat li, tul il-perijodu tat-tbassir rilevanti, l-ebda impriża jew awtorità pubblika ma tkun introduċiet jew ippjanat li tintroduċi netwerk b’kapaċità kbira ħafna jew b’mod sinifikanti li taġġorna jew testendi n-netwerk tagħha għal prestazzjoni ta’ mill-anqas 100 Mbps bħala veloċitajiet tad-download. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippubblikaw iż-żoni deżinjati.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Fi ħdan żona deżinjata, l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jistiednu lill-impriżi u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna tul id-durata tal-perijodu ta’ tbassir rilevanti. Fejn din l-istedina tirriżulta f’dikjarazzjoni minn impriża jew awtorità pubblika dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan, l-awtorità rilevanti tista’ teżiġi li impriżi u awtoritajiet pubbliċi oħra jiddikjaraw kull intenzjoni li jintroduċu netwerks ta’ kapaċità kbira ħafna, jew jaġġornaw jew jestendu b’mod sinifikanti n-netwerks tagħha għal prestazzjoni ta’ veloċitajiet ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps f’din iż-żona. L-awtorità rilevanti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’dawn is-sottomissjonijiet, biex mill-anqas tiżgura livell simili ta’ dettall bħal dak li tqies fi kwalunkwe tbassir skont il-paragrafu 1. Hija għandha tinforma wkoll lil kull impriża jew awtorità pubblika li tesprimi l-interess tagħha jekk iż-żona deżinjata hijiex koperta jew aktarx tkun koperta b’netwerk ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, li toffri veloċitajiet tad-download inqas minn 100 Mbps abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 3 għandhom jittieħdu f’konformità ma’ proċedura effiċjenti, oġġettiva, trasparenti u nondiskriminatorja, fejn l-ebda impriża ma tkun eskluża a priori.
|
|
Artikolu 22 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra, kif ukoll l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali responsabbli biex jallokaw fondi pubbliċi għall-introduzzjoni tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex ifasslu pjanijiet nazzjonali tal-broadband, biex jiddefinixxu obbligi ta’ kopertura marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u biex jivverifikaw id-disponibbiltà tas-servizzi li jaqgħu taħt l-obbligu tas-servizzi universali fit-territorju tagħhom, iqisu r-riżultati tal-istħarriġ ġeografiku u ta’ kwalunkwe żona deżinjata skont il-paragrafi 1, 2, u 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jwettqu l-istħarriġ ġeografiku jagħtu dawk ir-riżultati bil-kondizzjoni li l-awtorità riċeventi tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali bħall-awtorità trasferenti u jinfurmaw lill-partijiet li pprovdew l-informazzjoni. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-BEREC u għall-Kummissjoni meta jitolbuhom, u bl-istess kondizzjonijiet.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu d-data li tirrizulta mill-istħarriġiet ġeografiċi li ma tkunx soġġetta għal kunfidenzjalità kummerċjali aċċessibbli direttament f’konformità mad-Direttiva 2003/98/KE biex jiġi permess l-użu mill-ġdid tagħha. Huma għandhom ukoll, fejn tali għodod mhumiex disponibbli fis-suq, jagħmlu disponibbli l-għodod tal-informazzjoni biex l-utenti finali jkunu jistgħu jiddeterminaw id-disponibbiltà tal-konnettività f’żoni differenti, b’livell ta’ dettall meħtieġ biex jappoġġa l-għażla tagħhom tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz.
|
|
Artikolu 22 7.
|
Sal-21 ta’ Ġunju 2020 biex jagħti kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-istħarriġiet ġeografiċi u t-tbassiriet, wara li jikkonsulta lill-partijiet konċernati u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u awtoritajiet nazzjonali rilevanti, il-BEREC għandu joħroġ linji gwida biex jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra dwar l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|