+Artikolu 24 Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.

Artikolu 24 Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-fehmiet ta’ utenti finali, partikolarment tal-konsumaturi, u ta’ utenti finali b’diżabbiltà, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inkluż aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, b’mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni, aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Artikolu 24 2.
Il-partijiet konċernati jistgħu jiżviluppaw mekkaniżi, bil-gwida tal-awtoritajiet kompetenti b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jinvolvu lill-konsumaturi, lill-gruppi tal-utenti jew lill-fornituri tas-servizzi, biex titjieb il-kwalità ġenerali tal-forniment tas-servizzi billi fost l-oħrajn, jiġu żviluppati u sorveljati kodiċi tal-kondotta u standards tal-operazzjoni.
Artikolu 24 3.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali skont il-liġi tal-Unjoni li tippromwovi l-għanijiet tal-politika kulturali u dwar il-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-media, l-awtoritajiet kompetenti b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni bejn impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u s-setturi interessati fil-promozzjoni tal-kontenut legali fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dik il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll il-koordinazzjoni tal-informazzjoni ta’ interess pubbliku li trid tkun ssir disponibbli skont l-Artikolu 103(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.