L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu l-fehmiet ta’ utenti finali, partikolarment tal-konsumaturi, u ta’ utenti finali b’diżabbiltà, tal-manifatturi u tal-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet kollha tal-utenti finali u tal-konsumaturi, inkluż aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, b’mod partikolari meta jkun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, b’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni, aċċessibbli għall-utenti finali b’diżabbiltà, li jiżgura li fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijet tal-utent finali u tal-konsumaturi li jikkonċernaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament, jitqiesu kif xieraq l-interessi tal-konsumaturi fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.