L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) f’każ biss li impriża jew awtorità pubblika konxjament jew b’negliġenza kbira tipprovdi informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta.
Meta jiġi determinat l-ammont tal-multi jew penali perjodiċi imposti fuq impriża jew awtorità pubblika talli konxjament jew b’negliġenza kbira pprovdew informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), għandu jitqies, fost oħrajn, jekk l-imġiba tal-impriża jew l-awtorità pubblika kellhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, jekk, għall-kuntrarju tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta jew kwalunkwe aġġornament tagħha, l-impriża jew awtorità pubblika applikatx, estendietx jew tejbitx netwerk, jew ma applikatx netwerk u naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dik il-bidla fil-pjan.