+Artikolu 29 Penali
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.

Artikolu 29 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi, fejn meħtieġa, multi u penali predeterminati jew perjodiċi mhux kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew ta’ kull deċiżjoni vinkolanti adottata mill-Kummissjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Fil-limiti tal-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jimponu dawn il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu adatti, effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 29 2.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) f’każ biss li impriża jew awtorità pubblika konxjament jew b’negliġenza kbira tipprovdi informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta.

Meta jiġi determinat l-ammont tal-multi jew penali perjodiċi imposti fuq impriża jew awtorità pubblika talli konxjament jew b’negliġenza kbira pprovdew informazzjoni qarrieqa, żbaljata jew mhux kompluta fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), għandu jitqies, fost oħrajn, jekk l-imġiba tal-impriża jew l-awtorità pubblika kellhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, jekk, għall-kuntrarju tal-informazzjoni oriġinarjament ipprovduta jew kwalunkwe aġġornament tagħha, l-impriża jew awtorità pubblika applikatx, estendietx jew tejbitx netwerk, jew ma applikatx netwerk u naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dik il-bidla fil-pjan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.