+Artikolu 30 Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u konformità ma’ obbligi speċifiċi
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
|
Artikolu 30 Konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni u konformità ma’ obbligi speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) u mal-obbligu li jintuża l-ispektrum tar-radju b’mod effettiv u effiċjenti skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 45 (1) u l-Artikolu 47.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47, skont l-Artikolu 21.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Fejn awtorità kompetenti tiskopri li impriża ma tkunx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2), din għandha tinnotifika lill-impriża b’dik is-sejba u tagħti l-opportunità lill-impriża biex tiddikjara l-fehmiet tagħha, f’limitu taż-żmien raġonevoli.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li teżiġi l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 minnufih jew f’limitu taż-żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.
F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu:
(a)
fejn xieraq, penali finanzjarji dissważivi li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b’effett retroattiv; u
(b)
ordnijiet ta’ waqfien jew ta’ dewmien tal-forniment ta’ servizz jew ta’ pakkett ta’ servizzi, li jekk jissoktaw, iwasslu għal dannu sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi tal-aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 67.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom jiġu bbażati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli għall-impriżi biex dawn jiġu konformi mal-miżura.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Minkejja l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità kompetenti s-setgħa li timponi, fejn xieraq, penali finanzjarji fuq l-impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skont l-obbligi imposti fl-Artikolu 21(1)(a) jew (b) u fl-Artikolu 69, f’perijodu taż-żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 30 5.
|
F’każ ta’ ksur serju jew ripetut tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u r-riżorsi ta’ numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2), meta jkunu fallew il-miżuri mmirati biex jiżguraw il-konformità kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex timpedixxi impriża milli tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew jissospendu jew jirtiraw dawk id-drittijet tal-użu. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtorità kompetenti biex timponi penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn il-penali jistgħu jiġu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kull ksur, anki jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rettifikat.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Minkejja l-paragrafi 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri interim urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali, fejn ikollha evidenza ta’ ksur tal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali, tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju u għal riżorsi ta’ numerazzjoni, jew tal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47(1) jew (2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għas-sikurezza pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika jew li jkun ser joħloq problemi ekonomiċi jew operazzjonali serji għal fornituri jew utenti oħra tan-netwerks jew tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew utenti oħra tal-ispektrum tar-radju. L-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-impriża kkonċernata opportunità raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti tista’ tikkonferma l-miżuri proviżorji li għandhom ikunu validi għal massimu ta’ tliet xhur, iżda meta ma jkunux intemmu l-proċeduri ta’ infurzar, dawn jistgħu jiġu estiżi għal perijodu ieħor ta’ mhux aktar minn tliet xhur.
|
|
Artikolu 30 7.
|
L-impriżi għandu jkollhom id-dritt għal appell kontra l-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 31.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|