L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet tal-użu tal-ispektrum tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) u mal-obbligu li jintuża l-ispektrum tar-radju b’mod effettiv u effiċjenti skont l-Artikolu 4, l-Artikolu 45 (1) u l-Artikolu 47.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi taħt l-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għal riżorsi ta’ numerazzjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju jew għar-riżorsi ta’ numerazzjoni jew mal-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 13(2) jew l-Artikolu 47, skont l-Artikolu 21.