+Artikolu 32 It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 32 9.
---+Artikolu 32 10.
---+Artikolu 32 11.

Artikolu 32 It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 32 2.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni u mal-BEREC, b’mod trasparenti, biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, dawn għandhom jaħdmu, b’mod partikolari, mal-Kummissjoni u mal-BEREC biex jidentifikaw l-aktar tipi ta’ strumenti u rimedji adattati biex jiġu trattati tipi partikolari ta’ sitwazzjonijiet fis-suq.
Artikolu 32 3.

Għajr meta jkun previst mod ieħor fir-rakkomandazzjonijiet u/jew fil-linji gwida adottati skont l-Artikolu 34, meta titlesta l-konsultazzjoni pubblika, jekk ikun meħtieġ taħt l-Artikolu 23, fejn awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tieħu miżura li:

(a) 

taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 61, 64, 67, 68 jew 83; u

(b) 

tkun taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri,

din għandha tippubblika l-abbozz tal-miżura u tikkomunikah lill-Kummissjoni, lill-BEREC u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri l-oħra, fl-istess ħin, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura, skont l-Artikolu 20(3). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar dak l-abbozz tal-miżura fi żmien xahar. Dan il-perijodu ta’ xahar ma għandux jiġi estiż.

Artikolu 32 4.

L-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jiġi adottat għal xahrejn oħra, fejn dik il-miżura jkollha l-għan li:

(a) 

tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk definiti fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1); jew

▼C1

(b) 

tiddeċiedi jekk impriża tiġix iddeżinjata bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanti fis-suq, taħt l- Artikolu 67(3) jew (4);

▼B

u tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tqis li l-abbozz tal-miżura jkun joħloq ostaklu għas-suq intern jew għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni u b’mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Dak il-perijodu ta’ xahrejn ma għandux jiġi estiż. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-BEREC u lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra bir-riżervi tagħha f’tali każ u tippubblikahom fl-istess waqt.

Artikolu 32 5.
Il-BEREC għandu jippubblika opinjoni dwar ir-riżervi tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jinżamm, jew emendat jew irtirat u, fejn xieraq, għandu jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.
Artikolu 32 6.

Fi żmien ix-xahrejn imsemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ jew:

(a) 

tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz tal-miżura; jew

(b) 

tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha msemmija fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC qabel ma tieħu deċiżjoni.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex dan ikun emendat.

Artikolu 32 7.
Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li teżiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-abbozz tal-miżura jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23, u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 32 8.
L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-kummenti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, tal-BEREC u tal-Kummissjoni u, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4 u l-punt (a) tal-paragrafu 6, tista’ tadotta l-abbozz tal-miżura li jirriżulta, u għandha, meta tagħmel dan, tikkomunikah lill-Kummissjoni.
Artikolu 32 9.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-BEREC il-miżuri finali kollha adottati li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.
Artikolu 32 10.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi ħalli jitħarsu l-kompetizzjoni u l-interessi tal-utenti, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, din tista’ tadotta miżuri proporzjonati u provviżorji minnufih. Din għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien flimkien mar-raġunijiet sħaħ lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra, u lill-BEREC. Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirrendi permanenti dawk il-miżuri jew biex testendi l-perijodu li għalih huma applikabbli, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 32 11.
Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira abbozz ta’ miżura fi kwalunkwe ħin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.