+Artikolu 33 Il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
---+Artikolu 33 8.
|
Artikolu 33 Il-proċedura għall-applikazzjoni konsistenti tar-rimedji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Fejn miżura maħsuba koperta mill-Artikolu 32(3) ikollha l-għan li timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq impriża bl-applikazzjoni tal-Artikolu 61 jew 67 flimkien mal-Artikoli 69 sa 76 u l-Artikolu 83, il-Kummissjoni tista’, fil-perijodu ta’ xahar imsemmi mill-Artikolu 32(3), tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata u lill-BEREC bir-raġunijiet tagħha għalfejn tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq intern jew bid-dubji serji tagħha dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-liġi tal-Unjoni. F’tali każ, l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat għal tliet xhur oħra wara n-notifika tal-Kummissjoni.
Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista’ tadotta l-abbozz tal-miżura, wara li tieħu kont bis-sħiħ ta’ kull kumment tal-Kummissjoni, tal-BEREC jew ta’ kull awtorità regolatorja nazzjonali oħra.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Fi żmien il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, il-BEREC u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jidentifikaw l-aktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, filwaqt li jqisu b’mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tal-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, il-BEREC għandu joħroġ opinjoni dwar in-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tkun tindika jekk dan jidhirlux li l-abbozz tal-miżura għandux jiġi emendat jew irtirat u, meta jkun xieraq, jipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi raġunijiet u tiġi ppubblikata.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Jekk fl-opinjoni tiegħu, il-BEREC jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni, dan għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata bil-għan li tiġi identifikata l-aktar miżura xierqa u effettiva. Qabel jintemm il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ jew:
(a)
temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura tagħha billi tieħu kont bis-sħiħ tan-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll tal-opinjoni tal-BEREC; jew
(b)
iżżomm l-abbozz tal-miżura tagħha.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Il-Kummissjoni tista’, fi żmien xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, jekk ikun il-każ:
(a)
toħroġ rakkomandazzjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira l-abbozz tal-miżura, inklużi proposti speċifiċi għal dak il-għan, u tipprovdi raġunijiet għar-rakkomandazzjoni tagħha, b’mod partikolari meta l-BEREC ma jkunx jaqbel mad-dubji serji tal-Kummissjoni;
(b)
tieħu deċiżjoni li tirtira r-riżervi tagħha indikati skont il-paragrafu 1; jew
(c)
għall-abbozz ta’ miżuri li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 61(3) jew taħt l-Artikolu 76(2), tieħu deċiżjoni li teżiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tirtira l-abbozz tal-miżura, fejn il-BEREC jikkondividi d-dubji serji tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn analiżi dettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-abbozz tal-miżura ma għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex ikun emendat l-abbozz tal-miżura, soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(7), li għandha tapplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 33 6.
|
Fi żmien xahar minn meta l-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 5 jew tneħħi r-riżervi tagħha skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tikkomunika l-miżura finali adottata lill-Kummissjoni u lill-BEREC.
Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 33 7.
|
Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tiddeċiedi li ma temendax jew tirtira l-abbozz tal-miżura abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 5, din għandha tipprovdi raġunijiet.
|
|
Artikolu 33 8.
|
L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tirtira l-abbozz tal-miżura proposta f’kull fażi tal-proċedura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|