+Artikolu 42 Tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.

Artikolu 42 Tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti timponi tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jew drittijiet li jiġu installati faċilitajiet fi, minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata li jintużaw għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati li jiżguraw l-aqwa użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk it-tariffi jkunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom u għandhom jieħdu kont tal-għanijiet ġenerali ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 42 2.

Fir-rigward tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li t-tariffi applikabbli jkunu stabbiliti f’livell li jiżgura l-assenjazzjoni u l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi:

(a) 

jistabbilixxu prezzijiet ta’ riżerva bħala tariffi minimi għad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju billi jqisu l-valur ta’ dawk id-drittijiet fl-użi alternattivi possibbli tagħhom;

(b) 

iqisu l-ispejjeż involuti bil-kondizzjonijiet mehmuża ma’ dawk id-drittijiet; u

(c) 

japplikaw, sa fejn hu l-aktar possibbli, arranġamenti tal-ħlas marbuta mad-disponibbiltà reali tal-użu tal-ispektrum tar-radju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.