+Artikolu 43 Dritt ta’ aċċess
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.

Artikolu 43 Dritt ta’ aċċess

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità kompetenti tqis applikazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet:

— 
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew
— 
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,

dik l-awtorità kompetenti:

(a) 

taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief fil-każ ta’ esproprjazzjoni, u

(b) 

issegwi l-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet.

Il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le.

Artikolu 43 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtoritajiet pubbliċi jew lokali jżommu l-proprjetà jew kontroll ta’ impriżi li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, ikun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni responsabbli għall-għoti tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew kontroll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.