|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità kompetenti tqis applikazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet:
—
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika jew privata lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew
—
biex jiġu installati faċilitajiet fuq, ma’ jew taħt proprjetà pubblika lill-impriża awtorizzata li tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ħlief għall-pubbliku,
dik l-awtorità kompetenti:
(a)
taġixxi abbażi ta’ proċeduri sempliċi, effiċjenti, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni, ħlief fil-każ ta’ esproprjazzjoni, u
(b)
issegwi l-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni fil-kondizzjonijiet li hija tehmeż ma’ dawk id-drittijiet. Il-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jvarjaw skont jekk l-applikant jipprovdix netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew le. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|