+Artikolu 44 Il-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.

Artikolu 44 Il-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati għall-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.

Fejn operatur ikun eżerċita d-dritt taħt il-liġi nazzjonali li jinstalla faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, jew inkella fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-netwerk u tal-faċilitajiet assoċjati li jkunu installati fuq dik il-bażi, sabiex jipproteġu l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u tal-irħula.

Il-kolokalizzazzjoni jew il-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u ta’ faċilitajiet li jkunu installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom din il-kondiviżjoni titqies neċessarja bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-ewwel subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet jew ta’ proprjetà bħal dawn, inkluż art, bini, entrati tal-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta’ appoġġ, tubi, kondjuwits, tappieri, armadji jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Fejn neċessarju, Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità regolatorja nazzjonali jew kompetenti oħra għal xi wieħed jew aktar mill-kompiti li ġejjin:

(a) 

biex tikkoordina l-proċess previst f’dan l-Artikolu,

(b) 

biex taġixxi bħala punt uniku ta’ informazzjoni,

(c) 

biex tistabbilixxi regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 44 2.
Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati. Fejn ikun rilevanti, dawn il-miżuri għandhom jitwettqu b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.