|
+Artikolu 44 1. |
Artikolu 44 1.Fejn operatur ikun eżerċita d-dritt taħt il-liġi nazzjonali li jinstalla faċilitajiet fi proprjetà pubblika jew privata, jew inkella fuqha jew taħtha, jew ikun ħa vantaġġ minn proċedura għall-esproprjazzjoni jew għall-użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kolokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-elementi tan-netwerk u tal-faċilitajiet assoċjati li jkunu installati fuq dik il-bażi, sabiex jipproteġu l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw l-għanijiet tal-ippjanar tal-ibliet u tal-irħula. Il-kolokalizzazzjoni jew il-kondiviżjoni ta’ elementi tan-netwerk u ta’ faċilitajiet li jkunu installati u l-kondiviżjoni tal-proprjetà jistgħu jiġu imposti biss wara perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw opportunità jesprimu fehmiethom, u jistgħu jiġu imposti biss fiż-żoni speċifiċi li fihom din il-kondiviżjoni titqies neċessarja bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-ewwel subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kondiviżjoni ta’ faċilitajiet jew ta’ proprjetà bħal dawn, inkluż art, bini, entrati tal-bini, wajers tal-bini, arbli, antenni, torrijiet u kostruzzjonijiet ta’ appoġġ, tubi, kondjuwits, tappieri, armadji jew miżuri li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. Fejn neċessarju, Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità regolatorja nazzjonali jew kompetenti oħra għal xi wieħed jew aktar mill-kompiti li ġejjin:
(a)
biex tikkoordina l-proċess previst f’dan l-Artikolu,
(b)
biex taġixxi bħala punt uniku ta’ informazzjoni,
(c)
biex tistabbilixxi regoli dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-kondiviżjoni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà u tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|