+Artikolu 47 Kondizzjonijiet marbutin ma’ drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.

Artikolu 47 Kondizzjonijiet marbutin ma’ drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 13(1) b’tali mod li jiżguraw l-użu ottimali u l-aktar effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju. Dawn għandhom, qabel l-assenjazzjoni jew it-tiġdid ta’ tali drittijiet, jistabbilixxu b’mod ċar kwalunkwe tali kondizzjoni, inkluż il-livell ta’ użu meħtieġ u l-possibbiltà ta’ kummerċ jew ta’ leasing sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 30. Il-kondizzjonijiet marbuta mat-tiġdid tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju ma għandhomx jipprovdu vantaġġi indebiti lid-detenturi eżistenti ta’ dawk id-drittijiet.

Tali kondizzjonijiet għandhom jispeċifikaw il-parametri applikabbli, inkluża kwalunkwe skadenza għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ użu, li f’każ li ma jiġux sodisfatti jagħtu d-dritt lill-awtorità kompetenti biex tirtira d-dritt ta’ użu jew timponi miżuri oħra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fil-ħin u b’mod trasparenti, jikkonsultaw u jinfurmaw lill-partijiet interessati dwar il-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet individwali tal-użu qabel ma dawn jiġu imposti. Għandhom jiddeterminaw bil-quddiem il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adempiment ta’ dawk il-kondizzjonijiet u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati b’mod trasparenti.

Artikolu 47 2.

Meta jorbtu kondizzjonijiet mad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju jew il-promozzjoni tal-kopertura, jipprevedu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(a) 

il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew attiva li tiddependi fuq l-ispektrum tar-radju, jew il-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju,

(b) 

kif ukoll ftehimiet kummerċjali ta’ aċċess għal roaming, jew

(c) 

il-varar, b’mod konġunt, ta’ infrastrutturi għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimpedixxu l-kondiviżjoni tal-ispektrum tar-radju fil-kondizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju. L-implimentazzjoni mill-impriżi ta’ kondizzjonijiet marbuta skont dan il-paragrafu għandhom jibqgħu soġġetti għad-dritt tal-kompetizzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.