+Artikolu 49 2.

Artikolu 49 2.

Fejn l-Istati Membri jagħtu drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum tar-radju li għalihom ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE biex ikun possibbli l-użu ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ broadband bla fili (“servizzi ta’ broadband bla fili”) għal perijodu limitat, huma għandhom jiżguraw prevedibbiltà regolatorja għad-detenturi tad-drittijiet għal mill-inqas 20 sena fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ investiment f’infrastruttura li tiddependi fuq l-użu ta’ tali spektrum tar-radju, b’kont meħud tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu huwa soġġett, fejn rilevanti, għal kwalunkwe modifika tal-kondizzjonijiet marbuta ma’ dawk id-drittijiet għall-użu skont l-Artikolu 18.

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali drittijiet ikunu validi għal perijodu ta’ mill-inqas 15-il sena u jinkludu, fejn meħtieġ għall-konformità mal-ewwel subparagrafu, estensjoni adegwata tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-kriterji ġenerali għal estensjoni tad-durata tad-drittijiet ta’ użu, b’mod trasparenti, għall-partijiet interessati kollha qabel ma jagħtu drittijiet ta’ użu, bħala parti mill-kondizzjonijiet stipulati taħt l-Artikolu 55(3) u (6). Tali kriterji ġenerali għandhom jikkonċernaw:

(a) 

il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tal-ispektrum tar-radju kkonċernat, l-għanijiet segwiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45(2), jew il-ħtieġa li jiġu sodisfatti għanijiet ta’ interess ġenerali relatati mas-sikurezza tal-ħajja, l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew id-difiża; u

(b) 

il-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni mingħajr distorsjoni.

Mhux aktar tard minn sentejn qabel jiskadi l-perijodu ta’ żmien inizjali ta’ dritt individwali ta’ użu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni oġġettiva u li tħares ’il quddiem tal-kriterji ġenerali stipulati għal estensjoni tad-durata ta’ dak id-dritt tal-użu fid-dawl tal-punt (c) tal-Artikolu 45(2). Dment li l-awtorità kompetenti ma bdietx azzjoni ta’ infurzar għan-nonkonformità mal-kondizzjonijiet tad-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 30, hija għandha tagħti estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu ħlief jekk tikkonkludi li tali estensjoni ma tkunx tikkonforma mal-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-dritt dwar jekk għandhiex tingħata l-estensjoni tad-durata tad-dritt tal-użu jew le.

Jekk ma tistax tingħata tali estensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-Artikolu 48 għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għal dik il-banda speċifika tal-ispektrum tar-radju.

Kwalunkwe miżura taħt dan il-paragrafu għandha tkun proporzjonata, nondiskriminatorja, trasparenti u motivata.

B’deroga mill-Artikolu 23, il-partijiet interessati għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe abbozz ta’ miżura skont it-tielet u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal perijodu ta’ mill-inqas tliet xhur.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 30.

Meta jistabbilixxu t-tariffi għad-dritt ta’ użu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-mekkaniżmu previst taħt dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.