|
+Artikolu 52 2. |
Artikolu 52 2.Meta l-Istati Membri jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tagħhom, fuq parir ipprovdut minn awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jieħdu miżuri xierqa bħal:
(a)
jillimitaw l-ammont ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalih jingħataw drittijiet ta’ użu lil kwalunkwe impriża, jew f’ċirkustanzi ġustifikati, jorbtu kondizzjonijiet ma’ tali drittijiet ta’ użu, bħall-forniment ta’ aċċess għall-operaturi, ir-roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti baned jew f’ċerti gruppi ta’ baned b’karatteristiċi simili;
(b)
jirriżervaw, jekk ikun adatt u ġustifikat fir-rigward ta’ sitwazzjoni speċifika fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn banda jew grupp ta’ baned tal-ispektrum tar-radju għall-assenjazzjoni lil impriżi ġodda fis-suq;
(c)
jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew jippermettu użi ġodda tal-ispektrum tar-radju f’ċerti baned, jew jorbtu kondizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu;
(d)
jinkludu kondizzjonijiet li jipprojbixxu jew jimponu kondizzjonijiet fuq trasferimenti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x’aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni;
(e)
jemendaw id-drittijiet eżistenti f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet tas-suq u l-parametri referenzjarji disponibbli, jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq valutazzjoni oġġettiva u li tħares ’il quddiem tal-kondizzjonijiet kompetittivi tas-suq, ta’ jekk tali miżuri humiex meħtieġa biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva, u tal-effetti probabbli ta’ tali miżuri fuq investimenti eżistenti u futuri minn parteċipanti tas-suq, b’mod partikolari għall-varar ta’ netwerks. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu kont tal-approċċ għall-analiżi tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 67(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|