+Artikolu 52 Kompetizzjoni
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.

Artikolu 52 Kompetizzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jippromwovu kompetizzjoni effettiva u jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern meta jiddeċiedu li jagħtu, jemendaw jew iġeddu drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’konformità ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 52 2.

Meta l-Istati Membri jagħtu, jemendaw jew iġeddu d-drittijiet tal-użu għall-ispektrum tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra tagħhom, fuq parir ipprovdut minn awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu jieħdu miżuri xierqa bħal:

(a) 

jillimitaw l-ammont ta’ baned tal-ispektrum tar-radju li għalih jingħataw drittijiet ta’ użu lil kwalunkwe impriża, jew f’ċirkustanzi ġustifikati, jorbtu kondizzjonijiet ma’ tali drittijiet ta’ użu, bħall-forniment ta’ aċċess għall-operaturi, ir-roaming nazzjonali jew reġjonali, f’ċerti baned jew f’ċerti gruppi ta’ baned b’karatteristiċi simili;

(b) 

jirriżervaw, jekk ikun adatt u ġustifikat fir-rigward ta’ sitwazzjoni speċifika fis-suq nazzjonali, ċerta parti minn banda jew grupp ta’ baned tal-ispektrum tar-radju għall-assenjazzjoni lil impriżi ġodda fis-suq;

(c) 

jirrifjutaw li jagħtu drittijiet ġodda tal-użu tal-ispektrum tar-radju jew jippermettu użi ġodda tal-ispektrum tar-radju f’ċerti baned, jew jorbtu kondizzjonijiet mal-għoti ta’ drittijiet tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju jew mal-awtorizzazzjoni tal-użi ġodda tal-ispektrum tar-radju, sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe assenjazzjoni, trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu;

(d) 

jinkludu kondizzjonijiet li jipprojbixxu jew jimponu kondizzjonijiet fuq trasferimenti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju, li ma jkunux soġġetti għall-kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn dawn it-tipi tat-trasferimenti x’aktarx jirriżultaw fi ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni;

(e) 

jemendaw id-drittijiet eżistenti f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi rrimedjata ex-post distorsjoni tal-kompetizzjoni minn kwalunkwe trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet tas-suq u l-parametri referenzjarji disponibbli, jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq valutazzjoni oġġettiva u li tħares ’il quddiem tal-kondizzjonijiet kompetittivi tas-suq, ta’ jekk tali miżuri humiex meħtieġa biex tinżamm jew tinkiseb kompetizzjoni effettiva, u tal-effetti probabbli ta’ tali miżuri fuq investimenti eżistenti u futuri minn parteċipanti tas-suq, b’mod partikolari għall-varar ta’ netwerks. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu kont tal-approċċ għall-analiżi tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 67(2).

Artikolu 52 3.
Meta japplikaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jaġixxu f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 18, 19, 23 u 35.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.