+Artikolu 53 Koordinament ta’ meta jsiru assenjazzjonijiet
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
|
Artikolu 53 Koordinament ta’ meta jsiru assenjazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jikkoordinaw l-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet differenti tas-swieq nazzjonali. Din tista’ tinkludi l-identifikazzjoni ta’ data massima komuni waħda, jew, fejn ikun xieraq, ta’ diversi dati komuni li sal-wasla tagħhom l-użu ta’ ispektrum armonizzat speċifiku tar-radju għandu jiġi awtorizzat.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Fejn ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet armonizzati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju għal netwerks u servizzi ta’ broadband bla fili, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-ispektrum tar-radju, kemm jista’ jkun malajr u mill-inqas 30 xahar wara l-adozzjoni ta’ dik il-miżura, jew kemm jista’ jkun malajr wara t-tneħħija ta’ kwalunkwe deċiżjoni biex ikun permess l-użu alternattiv fuq bażi eċċezzjonali skont l-Artikolu 45(3) ta’ din id-Direttiva. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 u għad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi atti leġislattivi.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal banda speċifika taħt iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
sa fejn iġġustifikat minn restrizzjoni fuq l-użu ta’ dik il-banda bbażata fuq l-għan ta’ interess ġenerali previst fil-punt (a) jew (d) tal-Artikolu 45(5);
(b)
fil-każ ta’ kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti li jirriżultaw f’interferenza dannuża ma’ pajjiżi terzi, dment li l-Istat Membru affettwat ikun, fejn xieraq, talab l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(5);
(c)
is-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali u d-difiża; jew
L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrieżamina tali posponiment mill-inqas kull sentejn.
|
|
Artikolu 53 4.
|
Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2 għal banda speċifika sa fejn neċessarju u sa 30 xahar fil-każ ta’:
(a)
kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni transfruntieri mhux solvuti f’interferenza dannuża bejn l-Istati Membri, dment li l-Istat Membru affettwat ikun ħa l-miżuri meħtieġa kollha fil-ħin skont l-Artikolu 28(3) u (4);
(b)
il-ħtieġa li tiġi żgurata, u l-kumplessità li tiġi żgurata, il-migrazzjoni teknika tal-utenti eżistenti ta’ dik il-banda.
|
|
Artikolu 53 5.
|
F’każ ta’ posponiment taħt il-paragrafu 3 jew 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni fil-ħin, filwaqt li jagħti r-raġunijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|