Fejn għandhom jintużaw proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 48(6) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet interessati kollha, iżda b’mhux aktar minn tmien xhur, soġġett għal kwalunkwe skeda ta’ żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 53.
Dawk it-termini ta’ żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-koordinazzjoni tas-satelliti.