+Artikolu 55 Proċedura biex jiġi limitat l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jingħataw għall-ispektrum tar-radju
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
---+Artikolu 55 6.
---+Artikolu 55 7.
---+Artikolu 55 8.
|
Artikolu 55 Proċedura biex jiġi limitat l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jingħataw għall-ispektrum tar-radju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53, fejn Stat Membru jikkonkludi li dritt ta’ użu għall-ispektrum tar-radju ma jistax ikun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali u fejn jikkunsidra jekk jillimitax l-għadd tad-drittijiet ta’ użu li jridu jingħataw għall-ispektrum tar-radju, huwa għandu, fost l-oħrajn:
(a)
b’mod ċar jiddikjara r-raġunijiet għal-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ użu, b’mod partikolari billi jieħu kont debitu tal-ħtieġa li jimmassimizza l-benefiċċji għall-utenti u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, u jirrieżamina, skont kif meħtieġ, il-limitazzjoni f’intervalli regulari jew fuq it-talba raġonevoli tal-impriżi affettwati;
(b)
jagħti lill-partijiet kollha interessati, nklużi utenti u konsumaturi, l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kull limitazzjoni permezz ta’ konsultazzjoni pubblika skont Artikolu 23.
|
|
Artikolu 55 2.
|
Meta Stat Membru jikkonkludi li l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu għandu jiġi limitat, dan għandu jistabbilixxi b’mod ċar, u jagħti r-raġunijiet għal, l-għanijiet segwiti permezz ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva taħt dan l-Artikolu, u fejn possibbli għandu jikkwantifikahom, filwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa għall-ħtieġa li jiġu sodisfatti l-għanijiet tas-suq nazzjonali u intern. L-għanijiet li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi bil-ħsieb li titfassal proċedura speċifika tal-għażla għandhom, flimkien mal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, ikunu limitati għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
il-promozzjoni tal-kopertura;
(b)
l-iżgurar tal-kwalità meħtieġa tas-servizz;
(c)
il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju, inkluż billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ta’ użu u tal-livell tat-tariffi;
(d)
il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp tan-negozju.
L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandha tiddefinixxi u tiġġustifika b’mod ċar is-selezzjoni tal-proċedura tal-għażla, inkluż kwalunkwe fażi preliminari biex ikun hemm aċċess għall-proċedura tal-għażla. Din għandha wkoll tiddikjara b’mod ċar l-eżitu ta’ kwalunkwe valutazzjoni relatata tas-sitwazzjoni kompetittiva, teknika u ekonomika tas-suq u għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-użu u selezzjoni possibbli ta’ miżuri skont l-Artikolu 35.
|
|
Artikolu 55 3.
|
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar il-proċedura tal-għażla magħżula u r-regoli relatati, filwaqt li jiddikjaraw b’mod ċar ir-raġunijiet għaliha. Għandhom jippubblikaw ukoll il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu marbuta mad-drittijiet ta’ użu.
|
|
Artikolu 55 4.
|
Wara li jkun stabbilixxa l-proċedura tal-għażla, l-Istat Membru għandu jistieden applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu.
|
|
Artikolu 55 5.
|
Fejn Stat Membru jikkonkludi li jistgħu jingħataw drittijiet addizzjonali ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jew kombinazzjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali u ta’ drittijiet individwali tal-użu, huwa għandu jippubblika dik il-konklużjoni u jibda l-proċess għall-għoti ta’ tali drittijiet.
|
|
Artikolu 55 6.
|
Fejn l-għoti ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju jeħtieġ li jkun limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet abbażi ta’ kriterji tal-għażla u proċedura tal-għażla li jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji. Kwalunkwe tali kriterju tal-għażla għandu jagħti l-importanza dovuta lill-kisba tal-objettivi u lir-rekwiżiti fl-Artikoli 3, 4, 28 u 45.
|
|
Artikolu 55 7.
|
Fejn għandhom jintużaw proċeduri ta’ għażla kompetittivi jew komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 48(6) sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li dawk il-proċeduri jkunu ġusti, raġonevoli, miftuħa u trasparenti għall-partijiet interessati kollha, iżda b’mhux aktar minn tmien xhur, soġġett għal kwalunkwe skeda ta’ żmien speċifika stabbilita skont l-Artikolu 53.
Dawk it-termini ta’ żmien għandhom ikunu bla preġudizzju għal kull ftehim internazzjonali applikabbli relatat mal-użu tal-ispektrum tar-radju u l-koordinazzjoni tas-satelliti.
|
|
Artikolu 55 8.
|
Dan Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 51.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|