L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li kwalunkwe regola li tirregola l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tkun konsistenti fuq livell nazzjonali. Tali regoli għandhom ikunu ppubblikati minn qabel l-applikazzjoni tagħhom.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jissoġġettaw l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti skont il-paragrafu 2 għal kwalunkwe permess ta’ ppjanar urban individwali jew għal permessi individwali oħra anterjuri.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu permessi għall-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira fuq bini jew siti ta’ valur arkitettoniku, storiku jew naturali protetti skont il-liġi nazzjonali jew, fejn meħtieġ, għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/61/UE għandu japplika għall-għoti ta’ dawk il-permessi.