+Artikolu 57 L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
|
Artikolu 57 L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li kwalunkwe regola li tirregola l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira tkun konsistenti fuq livell nazzjonali. Tali regoli għandhom ikunu ppubblikati minn qabel l-applikazzjoni tagħhom.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jissoġġettaw l-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti skont il-paragrafu 2 għal kwalunkwe permess ta’ ppjanar urban individwali jew għal permessi individwali oħra anterjuri.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu permessi għall-introduzzjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira fuq bini jew siti ta’ valur arkitettoniku, storiku jew naturali protetti skont il-liġi nazzjonali jew, fejn meħtieġ, għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/61/UE għandu japplika għall-għoti ta’ dawk il-permessi.
|
|
Artikolu 57 2.
|
Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi bħad-daqs massimu, il-piż massimu u, fejn xieraq, il-potenza massima ta’ emissjoni ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2020.
|
|
Artikolu 57 3.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE u għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni applikabbli għall-użu tal-ispektrum tar-radju rilevanti.
|
|
Artikolu 57 4.
|
L-Istati Membri għandhom, billi japplikaw, fejn rilevanti, il-proċeduri adottati skont id-Direttiva 2014/61/UE, jiżguraw li l-operaturi jkollhom id-dritt li jaċċessaw kull infrastruttura fiżika kkontrollata minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali pubbliċi, li hija teknikament adattata biex tospita punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira jew li tkun meħtieġa biex jgħaqqdu tali punti ta’ aċċess ma’ netwerk ta’ bażi, inkluż tagħmir tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-toroq, dwal tat-traffiku, kartelluni, waqfiet tax-xarabank u tat-tramm, u stazzjonijiet tal-metro. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha għal aċċess skont termini u kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli, trasparenti u nondiskriminatorji, li għandhom isiru pubbliċi f’punt ta’ informazzjoni uniku.
|
|
Artikolu 57 5.
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim kummerċjali, l-użu ta’ punti tal-aċċess bla fili f’żona żgħira ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tariffi jew imposti li jmorru lil hinn mill-imposti amministrattivi skont l-Artikolu 16.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|