+Artikolu 60 Drittijiet u obbligi ta’ impriżi
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
|
Artikolu 60 Drittijiet u obbligi ta’ impriżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
L-operaturi ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skont l-Artikolu 15, l-obbligu li jinnegozjaw ma’ xulxin l-interkonnessjoni ta’ netwerk bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Unjoni kollha. L-operaturi għandhom joffru aċċess u interkonnessjoni lill-impriżi oħra fuq termini u kondizzjonijiet konsistenti mal-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-Artikoli 61, 62 u 68.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li impriżi li jakkwistaw informazzjoni minn impriża oħra qabel, matul jew wara l-proċess tan-negozjar tal-arranġamenti għall-aċċess jew interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni unikament għall-għan li għalih kienet provduta u li jirrispettaw f’kull waqt il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna. Tali impriżi ma għandhomx jgħaddu l-informazzjoni riċevuta lil xi parti oħra, b’mod partikolari dipartimenti oħra, sussidjarji jew sħab, li għalihom dik l-informazzjoni tista’ tipprovdi vantaġġ kompetittiv.
|
|
Artikolu 60 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-negozjati jitmexxew permezz ta’ intermedjarji newtrali meta l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu jirrikjedu dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|