+Artikolu 61 2.

Artikolu 61 2.

B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ikunu jistgħu jimponu:

▼B

(a) 

sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluża, f’każijiet ġustifikati, l-obbligazzjoni li jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerk tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;

(b) 

f’każijiet iġġustifikati u sa fejn meħtieġ, obbligi, fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;

(c) 

f’każijiet ġustifikati, fejn il-konnettività minn tarf sa tarf bejn utenti finali hija pperikolata minħabba nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konnettività bejn utenti finali, obbligi fuq fornituri rilevanti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jilħqu livell sinifikanti ta’ kopertura u użu mill-utenti, sabiex isiru interoperabbli s-servizzi tagħhom;

(d) 

sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għas-servizzi tar-radju diġitali u x-xandir televiżiv u servizzi komplementarji relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness II dwar termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.

L-obbligi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti biss:

(i) 

sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq fornituri ta’ dawk is-servizzi biex jippubblikaw u jippermettu l-użu, il-modifika u r-ridistribuzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u fornituri oħra, jew biex jużaw u jimplimentaw standards jew speċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 39(1) jew ta’ kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor,

(ii) 

fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tiegħu, tkun sabet li jkun hemm theddida konsiderevoli għall-konnettività minn tarf sa tarf fl-Unjoni Ewropea kollha jew mill-inqas fi tliet Stati Membri u tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jaf jiġi impost.

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.