+Artikolu 61 Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u interkonnessjoni
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
---+Artikolu 61 6.
---+Artikolu 61 7.
|
Artikolu 61 Setgħat u responsabbiltajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra fir-rigward ta’ aċċess u interkonnessjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, waqt li jaġixxu biex jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabbiltà ta’ servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b’mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli l-introduzzjoni ta’ netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna, investiment u innovazzjoni effiċjenti, u jagħtu l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.
▼B
Dawn għandhom jipprovdu gwida u jippubblikaw l-proċeduri applikabbli biex jinkisbu l-aċċess u l-interkonnessjoni biex jiġi żgurat li l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u operaturi b’firxa ġeografika limitata jistgħu jibbenefikaw mill-obbligi imposti.
|
|
Artikolu 61 2.
|
B’mod partikolari, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq skont l-Artikolu 68, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew, fil-każ tal-punti (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ikunu jistgħu jimponu:
▼B
(a)
sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata konnettività tarf sa tarf, obbligi fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali u li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali, inkluża, f’każijiet ġustifikati, l-obbligazzjoni li jagħmlu interkonnessjoni tan-netwerk tagħhom fejn dan ma jkunx diġà l-każ;
(b)
f’każijiet iġġustifikati u sa fejn meħtieġ, obbligi, fuq impriżi soġġetti għal awtorizzazzjoni ġenerali, li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli;
(c)
f’każijiet ġustifikati, fejn il-konnettività minn tarf sa tarf bejn utenti finali hija pperikolata minħabba nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-konnettività bejn utenti finali, obbligi fuq fornituri rilevanti ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri li jilħqu livell sinifikanti ta’ kopertura u użu mill-utenti, sabiex isiru interoperabbli s-servizzi tagħhom;
(d)
sa fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-utenti finali għas-servizzi tar-radju diġitali u x-xandir televiżiv u servizzi komplementarji relatati speċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi li jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fil-Parti II tal-Anness II dwar termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji.
L-obbligi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu imposti biss:
(i)
sa fejn ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, u jistgħu jinkludu obbligi proporzjonati fuq fornituri ta’ dawk is-servizzi biex jippubblikaw u jippermettu l-użu, il-modifika u r-ridistribuzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet u fornituri oħra, jew biex jużaw u jimplimentaw standards jew speċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 39(1) jew ta’ kwalunkwe standard Ewropew jew internazzjonali rilevanti ieħor,
(ii)
fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-BEREC u billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tiegħu, tkun sabet li jkun hemm theddida konsiderevoli għall-konnettività minn tarf sa tarf fl-Unjoni Ewropea kollha jew mill-inqas fi tliet Stati Membri u tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jaf jiġi impost.
Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 118(4).
|
|
Artikolu 61 3.
|
B’mod partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi, fuq talba raġonevoli, biex jingħata aċċess għall-wajers u għall-kejbils u l-faċilitajiet assoċjati fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn dak il-punt ikun jinsab barra l-bini. Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta’ tali elementi tan-netwerk ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq il-proprjetarji ta’ tali wajers u kejbils u faċilitajiet assoċjati, fejn dawk il-proprjetarji ma jkunux fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-kondizzjonijiet imposti tal-aċċess jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal tali elementi tan-netwerk u għall-faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, dwar it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-aċċess, li meta jkun xieraq, jiġu aġġustati biex jitqiesu l-fatturi ta’ riskju.
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, filwaqt li tqis, fejn applikabbli, l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe analiżi tas-suq rilevanti, li l-obbligi imposti skont l-ewwel subparagrafu ma jindirizzawx suffiċjentement ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux transitorji għar-replikazzjoni li fuqhom hija bbażata sitwazzjoni tas-suq eżistenti jew emerġenti li tillimita b’mod sinifikanti l-eżiti kompetittivi għal utenti finali, hija tista’ testendi l-impożizzjoni ta’ tali obbligi ta’ aċċess, b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni, sa punt li hija tiddetermina bħala l-eqreb għall-utenti finali kapaċi li jospitaw għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali li għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli għal dawk li jfittxu aċċess effiċjenti. Meta tiddetermina sa fejn tasal l-estensjoni lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-linji gwida rilevanti tal-BEREC. Jekk ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi tal-aċċess attivi jew virtwali.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi skont it-tieni subparagrafu fuq fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiddeterminaw li:
(a)
il-fornitur ikollu l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1) u jagħmel disponibbli mezz alternattiv vijabbli u simili lil utenti finali billi jipprovdi aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna lil kwalunkwe impriża, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dik l-eżenzjoni għal fornituri oħra li joffru, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna; jew
(b)
l-impożizzjoni ta’ obbligi tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-introduzzjoni ta’ netwerk ġdid b’mod partikolari minn proġetti lokali iżgħar.
B’deroga mill-punt (a) tat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak il-punt fejn in-netwerk ikkonċernat ikun iffinanzjat pubblikament.
Sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-BEREC jista’ jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, billi jistabbilixxi l-kriterji rilevanti biex jiġu determinati:
(a)
l-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni;
(b)
il-punt, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, kapaċi li jospita għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali biex impriża effiċjenti tkun tista’ tegħleb l-ostakli sinifikanti għar-replikabbiltà identifikati;
(c)
liema introduzzjonijiet ta’ netwerks jistgħu jitqiesu bħala ġodda;
(d)
liema proġetti jistgħu jitqiesu bħala żgħar; u
(e)
liema ostakli ekonomiċi jew fiżiċi għar-replikazzjoni huma kbar u mhux transitorji.
|
|
Artikolu 61 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq l-impriżi li jipprovdu jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, obbligi rigward il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew obbligi biex jiġu konklużi ftehimiet ta’ aċċess għal roaming lokalizzat, fiż-żewġ każijiet jekk ikunu direttament neċessarji għall-forniment lokali ta’ servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dment li l-ebda mezz alternattiv vijabbli u simili ta’ aċċess għal utenti finali ma jsir disponibbli għal xi impriża b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu tali obbligi biss fejn din il-possibbiltà tkun ġiet prevista b’mod ċar mal-għoti tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet li, fiż-żona soġġetta għal tali obbligi, l-introduzzjoni ta’ infrastruttura xprunata mis-suq għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju tkun soġġetta għal ostakli ekonomiċi jew fiżiċi li ma jistgħux jiġu megħluba u għalhekk l-aċċess għan-netwerks jew is-servizzi mill-utenti finali ikun skars ħafna jew nieqes għal kollox. F’dawn iċ-ċirkustanzi fejn l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva waħedhom ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:
(a)
il-ħtieġa li tiġi massimizzata l-konnettività fl-Unjoni kollha, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport u b’mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b’mod sinifikanti l-għażla ta’ servizzi u servizzi ta’ kwalità ogħla għall-utenti finali;
(b)
l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju;
(c)
il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kondizzjonijiet assoċjati;
(d)
l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif ukoll kompetizzjoni bbażata fuq is-servizz;
(e)
l-innovazzjoni teknoloġika;
(f)
il-ħtieġa essenzjali li jiġi appoġġat l-inċentiv għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura.
F’każ ta’ soluzzjoni tat-tilwim, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu ta’ kondiviżjoni jew ta’ aċċess, l-obbligu li jikkondividi l-ispektrum tar-radju mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti.
|
|
Artikolu 61 5.
|
L-obbligi u l-kondizzjonijiet imposti skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, dawn għandhom ikunu implimentati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet kompetenti oħra li imponew tali obbligi u kondizzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-riżultati tagħhom sa ħames snin wara l-adozzjoni tal-miżura preċedenti adottata f’relazzjoni mal-istess impriżi u għandhom jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jiġu rtirati jew emendati fid-dawl tal-kondizzjonijiet li jevolvu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinnotifikaw l-eżiti tal-valutazzjoni tagħhom skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23, 32 u 33.
|
|
Artikolu 61 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tintervjeni fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ġustifikat sabiex jiġu żgurati l-għanijiet ta’ politika tal-Artikolu 3, skont din id-Direttiva u, b’mod partikolari, mal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 23 u 32.
|
|
Artikolu 61 7.
|
Sal-21 ta’ Ġunju 2020, sabiex jingħata kontribut għal definizzjoni konsistenti ta’ fejn jinsabu l-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BEREC għandu jadotta linji gwida dwar approċċi komuni għall-identifikazzjoni tal-punt tat-terminazzjoni tan-netwerk f’topoloġiji differenti tan-netwerk, wara li jagħmel konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta’ dawk il-linji gwida meta jiddefinixxu l-lok tal-punti tat-terminazzjoni tan-netwerk.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|